Omm tinħasad b'ritratt ta’ bintha f’poża indiċenti jinxtered fuq Messenger

  • Nov 21, 2019 16:23
  • Miktub minn iNews
"

    Każ ta’ riskju ta’ cyberbullying li seħħ f’Malta huwa parti minn kampanja tal-Kummissjoni Ewropea mifruxa madwar l-Istati Membri kollha tal-UE. Omm inħasdet meta sabet li ritratt ta’ bintha ta’ 11-il sena, f’poża indiċenti, kien qed jidher u jitqassam permezz ta’ Facebook Messenger. Hi kkuntattjat immedjatament lill-Aġenzija Appoġġ għall-għajnuna, u dan wassal għal serje ta’ azzjonijiet bejn il-fruntieri tal-Ewropa, permezz tal-proġett Safer Internet Centre tal-Aġenzija.

    In-netwerk ta’ Safer Internet Centres huwa inizjattiva pan-Ewropea mwaqqfa mill-UE fl-2004 biex jitqajjem għarfien u kuxjenza fost tfal, ġenituri, għalliema u persuni oħra li jaħdmu mill-qrib mat-tfal dwar il-perikli potenzjali li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom onlajn. Din il-kollaborazzjoni bejn diversi professjonisti f’pajjiżi differenti għenet liċ-Ċentru ta’ Malta biex isib ir-ritratt kompromettenti oriġinali li l-omm kienet identifikat bl-użu ta’ għodda speċjalizzata ta’ Facebook (Non-Consensual Intimate Image Tool). Wara dan, is-Safer Internet Centre, bis-saħħa ta’ din il-konnessjoni, talab lil din il-kumpanija teknoloġika biex dan ir-ritratt jitneħħa b’mod permanenti mis-sistema tagħha sabiex dan ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża minn terzi persuni fuq il-midja soċjali.

    Deborah Vassallo, amministratur tas-Safer Internet Centre, u Josianne Azzopardi, Koordinatur tal-programm S.A.F.E. tal-Aġenzija Sedqa, kienu żewġ persuni instrumentali sabiex tissolva din is-sitwazzjoni qabel ma din setgħet tiżviluppa f’każ devastanti ta’ cyberbullying. Dan iż-żewġ nisa huma parti mill-‘Katina ta’ Eroj” Ewropea li ħadmu flimkien fuq dan il-każ biex iwaqqfu dan ir-ritratt u jserrħu moħħ l-omm u t-tifla tagħha.

    Is-Sinjura Vassallo spjegat kif din il-kollaborazzjoni mifruxa madwar l-UE tipprovdi  aktar saħħa lill-fergħa lokali tas-Safer Internet Centre biex tkun tista’ tingħata aktar protezzjoni lill-vittmi fuq skala internazzjonali: “Bħala parti minn netwerk Ewropew il-ħidma tagħna tieħu dinamika aktar wiesgħa, għaliex ikollna impatt akbar ma’ pjattaformi internazzjonali ta’ midja soċjali.” 

    It-theddida ta’ abbuż u fastidju ċibernetiku hija realtà kostanti u inkwetanti għall-Aġenzija Sedqa, u s-Sinjura Azzopardi torganizza korsijiet apposta biex teduka lil tfal u adulti dwar l-użu sikur tal-internet u tat-teknoloġija, għall-prevenzjoni ta’ cyberbullying u riskji oħra li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom onlajn.

    Dan il-każ Malti huwa parti minn kampanja tal-UE biex titqajjem għarfien u kuxjenza dwar diversi oqsma li l-UE taħdem fihom biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha. Il-kampanja ‘EU Protects’ tiffoka fuq diversi stejjer minn Stati Membri tal-UE, li juru l-isforzi ta’ professjonisti differenti minn pajjiżi Ewropej li jaħdmu flimkien biex jipproteġu liċ-ċittadini tal-UE. Il-kampanja titfa’ dawl fuq proġetti u inizjattivi differenti appoġġjati mill-UE fl-oqsma ta’ sikurezza, saħħa, benesseri soċjali u l-ambjent.

    Il-kampanja EU Protects titkellem dwar operazzjonijiet reali minn ċittadini Ewropej li b’xogħolhom joħolqu stejjer ta’ suċċess ta’ kuljum. Għal aktar stejjer u informazzjoni dwar din il-kampanja żur: europa.eu/euprotects.

    Fir-ritratt: Deborah Vassallo, amministratur tas-Safer Internet Centre

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0