L-MPE Alex Agius Saliba jippresiedi l-Kumitat AKP-UE dwar l-affarijiet politiċi fir-Rwanda

  • Nov 21, 2019 17:30
  • Miktub minn iNews
"

    L-MPE Alex Agius Saliba irrappreżenta lill-Parlament Ewropew fit-38 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Unjoni Ewropea (UE) li qed issir f’Kigali, r-Rwanda. Matul il-laqgħa ta’din is-sena, is-suġġetti tat-tibdil fil-klima, t-tkabbir sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u l-migrazzjonikienu fuq nett tal-aġenda tal-Assemblea.

    Bħala Ko-President, l-Ewroparlamentari Agius Saliba ippresieda l-Kumitat Politiku waqt l-Assemblea, fejn mexxa dibattiti ewlenin dwar il-futur tal-Ftehim ta' Cotonou u l-impatt tal-midja soċjali fuq il-governanza, l-iżvilupp, id-demokrazija, u l-istabbiltà. Waqt il-laqgħa bhala shadow rapporteurtal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, huwa ppreżenta wkoll l-ewwel rapport tiegħu dwar "Id-Demokrazija u r-rispett għall-kostituzzjoni fil-pajjiżi tal-UE u fl-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku."

    Barra li ppreżenta r-rapport tiegħu, huwa kien ukoll il-kelliem tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċifuq żewġ dibattiti importanti, dwar il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini żgħażagħ fil-ħajja pubblika fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE, kif ukoll fuq il-migrazzjoni u t-tkabbir sostenibbli għaċ-ċittadini: investimenti f'impriżi mikro, żgħar, medji u start-ups."

    Il-qgħad fost iż-żgħażagħ jinsab f'livell ta' kriżi fil-pajjiżi AKP. Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini żgħażagħ fil-ħajja pubblika, kemm f'pajjiżi tal-AKP kif ukoll f'dawk tal-UE, għandha impatt dirett fuq l-aspetti ekonomiċi, politiċi, soċjali u kulturali tas-soċjetajiet tagħna. Irridu ninvestu fil-ġenerazzjoni żagħżugħa, nindirizzawil-qgħad fost iż-żgħażagħ, nipprovdu impjiegi, opportunitajiet u edukazzjoni għaż-żgħażagħ," qal l-Ewroparlamentari Agius Saliba fl-indirizz tiegħu lill-Assemblea tal-Parlament."

    Irridu nifhmu li l-pressjonijiet li ġejjin minn barra l-fruntieri tal-Ewropa jseħħu għax in-nies iridu futur aħjar, u sakemm ma nipprovdux stabbiltà soċjali u ekonomika fil-pajjizi taghhom, huma serjibqgħu jitilqu minn pajjiżhom. Kulħadd jistħoqqlu ħajja dinjituża u deċenti. Għaldaqstant, għandna nkomplu ninvestu fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku," kompla l-Membru Parlamentari Ewropew.

    Il-MPE Alex Agius Saliba kkonkluda billi qal li l-azzjoni kkoordinata bejn il-pajjiżi tal-AKP u tal-UE, ser tagħmel differenza fit-trattament tal-isfidi globali, reġjonali u lokali, bħall-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0