Il-Partit Nazzjonalista se jieħu sehem fil-protesta ta' għada organizzata mis-soċjetà ċivili

  • Nov 21, 2019 18:40
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia laqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-PN b’urġenza, hekk kif wasal minn barra l-pajjiż, biex jiddiskuti l-iżviluppi dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-arrest ta’ Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black.

    Din il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari saret immedjatament wara li Adrian Delia rritorna lura Malta wara li qata’ ħesrem il-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) f’Żagreb fil-Kroazja, li ltaqa’ biex jiġi elett President ġdid tal-istess PPE. Il-Kap tal-PN Adrian Delia akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli baqa’ sejjer id-Dar Ċentrali, mill-ajruport, fejn sejjaħ għal-laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari. Dan minħabba l-mument diffiċli u delikat li qed jgħaddi bħalissa minnu pajjiżna.

    Adrian Delia qal li dan huwa mument delikat ħafna u jeħtieġ prudenza u kawtela sabiex il-ġustizzja titħalla tieħu l-kors tagħha dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dr Delia qal li iżda hemm ukoll responsabbiltà politika li trid tinġarr u għalhekk l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jieqaf ikaxkar saqajh u minnufih ikeċċi liċ-Chief of Stafftiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi li huwa ċar li kellhom rabtiet mal-kumpanija 17 Black ta’ Yorgen Fenech.

    Il-Grupp Parlamentari qabel li l-ġlieda favur il-ġustizzja u kontra l-korruzjoni għandha tibqa’ ssir mingħajr ebda riservi, magħqudin flimkien ma’ dawk kollha li għandhom il-ġid komuni u l-interess nazzjonali għal qalbu. Matul il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari msejħa minn Adrian Delia ġie deċiż li l-Partit Nazzjonalista jipparteċipa fil-protesta li se ssir mis-soċjetà ċivili għada fil-Belt Valletta. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0