ASMK: Bernard Sammut jirbaħ il-“Wotomoto Challenge”

  • Nov 22, 2019 00:29
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar il-Ħadd li ġej, 24 ta’ Novembru, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bit-tiġrijiet tal-Karozzi Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/20. Din it-tieni attivitá tibda fl-10.00 am.

    Ta’ kull sena fix-xahar ta’ Novembru, l-Assoċjazzjoni torganizza quddiesa fil-kumpless tal-ASMK. Din issir biex tit­fakkar il-memorija ta’ dawk l-ex membri li m’għadhomx magħna. Il-quddiesa se ssir nhar il-Ħadd li ġej u tibda fl-10.00 am waqt li fil-11.00 am jibda l-Autocross.

    Sadanittant, nhar il-Ħadd li għadda, 17 tax-xahar l-Assoċjazzjoni organizzat b’suċċess l-ewwel attivitá tal-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2019/20.

    F’din l-attivitá ħadu sehem 30 kompetitur maqsumin f’erba’ klassijiet li saqu fuq korsa twila żewġ kilometri.

    Matul il-kwalifikazzjoni, Bernard Sammut fuq mutur Beta ddomina l-attivitá bl-aħjar ħin ta’ 3 minuti 28.84 sekondi segwit minn James Zahra fuq mutur Sherco fil-ħin ta’ 3 minuti 37.37 sekondi u Ian Scicluna fuq mutur KTM fil-ħin ta’ 3 minuti 42.64 sekondi.

    Sammut, Zahra u Scicluna, li kollha huma fl-istess Klassi, komplew jiddefendu l-pożizzjoni tal-ewwel heat iżda minkejja li kollha tejbu l-ħin tagħhom, dan kienx l-is­tess fit-tieni heat bir-riżultat finali fil-Klassi u Overall kisbu Sammut li rebaħ fil-ħin ta’ 6 minuti 59 sekondi u kien segwit minn Zahra fil-ħin ta’ 7 minuti u 16-il sekonda waqt li fit-tielet post Scicluna rreġistra ħin ta’ 7 minuti u 25 sekonda.

    Fi Klassi B, Elvin Debono fuq mutur KTM rebaħ il-klassi fil-ħin ta’ 8 minuti 42.5 sekondi, segwit minn James Grima fuq mutur KTM fil-ħin ta’ 8 minuti 51.2 sekondi. Fit-tielet post daħal Kyle Stone fuq mutur KTM fil-ħin 8 minuti 54.5 sekondi.

    Fi Klassi C, Jamie Vassallo fuq mutur KTM, rebaħ il-klassi fil-ħin ta’ 10 minuti 17.5 sekondi segwit minn Thomas Buhagiar fuq mutur Yamaha fil-ħin ta’ 10 minuti 25.8 sekondi. It-tielet post intrebaħ minn Mario Gatt fuq mutur Honda fil-ħin 11-il minuta u 13.8 sekondi.

    Fil-Klassi D tal-Junior Riders, Julian Scicluna fuq mutur Beta, rebaħ il-klassi fil-ħin ta’ 11-il minuta u 32.8 sekondi segwit minn Antoine Muscat fuq mutur KTM fil-ħin ta’ 11-il-minuta u 34.1 sekondi.

    L-attivitá spiċċat bil-preżentazzjoni minn rappreżentant tal-kumpanija Wotomoto Ltd tad-ditta BETA li għat-tielet sena konsekuttiva offrew mutur ġdid fjamant BETA RC 300 lil Bernard Sammut, li kien ir-rebbieħ assolut f’din l-attivitá.

    Sammut se jikkompeti u jagħmel it-taħrig kollu b’dan il-mutur BETA ġdid matul dan l-istaġun kollu. Il-preżentazzjoni saret mis-Sur Neil Falzon, general manager tal-Wotomoto flimkien mal-president tal-Enduro, is-Sur Eddie Bonello. Sammut rebaħ il-mutur Beta RR 350 għat-tielet darba konsekuttiva.

    Il-kumpanija Wotomoto ħadet ħsieb ukoll tippreżenta Helmet tad-ditta LS2 lir-rebbieħ ta’ kull klassi.

    Waqt il-preżentazzjoni u fil-preżenza tal-uffiċjali tal-ASMK, is-Sur Falzon ħabbar li fl-istaġun 2020/2021 id-ditta Wotomoto se tkun l-isponsor ewlieni għar-raba’ ediz-zjoni tal-WotoMoto Enduro Challenge 2020 kif ukoll tal-Kampjonat Nazzjonali Enduro.

    Is-segretarju tal-Assoċjazzjoni, is-Sur Johann Pace, irringrazzja lil Wotomoto li dejjem kienu ta’ għajnuna u sapport kemm fl-Enduro kif ukoll fl-Akkademja Maltija tat-Trials.

    Attivitá oħra mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro mistennija ssir nhar il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru, bil-programm jibda fl-10.00 am u l-post jitħabbar iktar tard.

    Iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjo­ni www.asmk.org.mt jew fil-paġni ta’ Face­book bl-isem A.S.M.K. Malta jew As­soċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista’ jagħmel kuntatt bl-email: info@asmk.org.mt.

    Iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.

    Wieħed jista’ jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0