Euro 2020: Il-Ġimgħa jkunu magħrufa t-timijiet fil-play-offs

  • Nov 22, 2019 00:31
  • Miktub minn iNews
"

    I

    llum f’nofs inhar f’Nyon, l-Isvizzera, se jiġu mtellgħin il-poloz tal-play-offs li jinvolvu 16-il team biex minnhom joħorġu l-erba’ timijiet mill-erba’ Paths differenti ħalli jkun komplut il-kwadru tal-finali tal-Euro 2020.

    It-triq tal-play-offs hija din:

    Path A: Islanda, Bulgarja/Iżrael/Ungerija/Rumanija*

    Path B: Bosnia/Herzegovina, Slovakkja, Irlanda, Irlanda ta’ Fuq

    Path C: Skozja, Norveġja, Serbja, Bulgarja/Iżrael/Ungerija/Rumanija*

    Path D: Georgia, Maċedonja ta’ Fuq, Kosovo, Belarus

     

    PATH D

    F’Path D se ssir polza waħda biex jiġi determinat liema rebbieħ tas-semi-finali se jilgħab home fil-finali meta s-semi-finali huma dawn:

    Semi-finali 1 (1 v 4): Georgia v Belarus

    Semi-finali 2 (2 v 3): Maċedonja ta’ Fuq v Kosovo

     

    PATH C

    It-tliet timijiet li huma rebbieħa tal-grupp tagħhom f’League C huma konfermati u se jilagħbu s-semi-finali kif ġej:

    Semi-finali 1 (1 v 4): Skozja v team ieħor

    Semi-finali 2 (2 v 3): Norveġja v Serbja

    Hawnhekk se ssir polza biex ikun magħruf liema team mill-Bulgarja, Iżrael, l-Ungerija u r-Rumanija, li jgħaqqad Path C. Trid issir polza wkoll biex tiddetermina liema rebbieħ se jkun f’daru fil-finali.

     

    PATH B

    Se ssir polza biex ikun magħruf liema reb­bieħ se jkun home fil-finali meta s-semi-finali huma magħrufa:

    Semi-finali 1 (1 v 4): Bosnja Herzegovina v Irlanda ta’ Fuq

    Semi-finali 2 (2 v 3): Slovakkja v Irlanda

     

    PATH A

    L-Islanda huma l-uniku team konfermat minn League A:

    Semi-finali 1 (1 v 4): Islanda v team ieħor

    Semi-finali 2 (2 v 3): team ieħor v team ieħor

    It-tliet timijiet li fadal minn League C, il-Bulgarja, l-Ungerija, Iżrael u r-Rumanija, se jiġu allokati biex jgħaqqdu l-kwadru tas-semi-finali skond l-ordni fir-rankings.

    Se ssir polza biex ikun magħruf liema rebbieħ tas-semi-finali ta’ Path A jilgħab home fil-finali.

    Is-semi-finali se jintlagħbu nhar il-Ħamis, 26 ta’ Marzu bil-finali ssir ħamest ijiem wara nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu.

    Il-poloz tat-tournament finali se jittellgħu nhar is-Sibt, 30 ta’ dan ix-xahar jiġifieri bħal għada tmint ijiem.

    Il-finali se jintlagħbu fi 12-il belt differen­ti mit-12 ta’ Ġunju sat-12 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0