Is-sena d-dieħla se ssir nefqa ta’ €171 miljun għall-anzjani

  • Nov 22, 2019 12:22
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li indirizza l-ewwel konferenza ‘Ħajja Attiva għall-Anzjani Tagħna’, is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li għas-sena d-dieħla se ssir nefqa ta’ 171 miljun ewro għall-anzjani kemm f’servizzi għall-anzjani fil-komunità u titjib ta’ servizzi fid-djar residenzjali. Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li azzjoni importanti li ħa dan il-Gvern biex verament isaħħaħ l-anzjanità attiva hija ż-żieda fil-pensjoni, bl-aħħar Baġit 2020 tal-ikbar żieda f’erbgħin sena, b’seba’ ewro fil-ġimgħa. F’konferenza li għaliha attendew ’il fuq minn 250 anzjan mill-komunità u ċentri ta’ matul il-jum, is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-Gvern żied ix-xiri ta’ sodod għall-kura residenzjali biex illum għandna madwar 2,700 sodda mixtrija biex jintużaw mill-anzjani tagħna u dan  b’nefqa ta’ sebgħa u tletin miljun ewro fis-sena. Fakkar kif għaddej il-proġett biex sas-sena d-dieħla San Vinċenz de Paul se jkollu żieda ta’ 500 sodda għal anzjani b’dipendenza għolja.     

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali Matthew Vella qal li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali se tvara pjan strategiku ta’ seba’ snin biex is-settur soċjali kollu jkun regolat, pass importanti li ilu biex isir 28 sena. Is-Sur Vella spjega kif  fuq inizjattiva tas-Sergretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis bdew imorru fid-djar tal-anzjani biex jisimgħu l-ilmenti u suġġerimenti tal-anzjani biex is-servizz dejjem jitjieb u jkun tal-ogħla livell. Qal li bħalissa f’Malta hawn 40 dar tal-anzjani liċenzjata,  b’ ’il fuq minn 4,475 sodda residenzjali. Fakkar kif minn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, jiġifieri fi ħdax-il xahar, saru aktar minn 300 mitt spezzjoni għal għarrieda fid-djar residenzjali. Dwar id-dimensja l-Awtorità se taħdem bis-sħiħ biex kull servizz offrut ikollu standard. 

    Il-Kummissarju għall-Anzjani Dr Mary Vella qalet li bħala Kummissarju lesta li tkun ta’ appoġġ għall-anzjani, mhux biss f’każijiet ta’ abbuż jew ilmenti, imma tkun hemm biex tinkoraġġixxi rispett lejn l-anzjani tagħna, kif ukoll ħajja attiva għall-anzjani. Irreferiet għas-solitudni li jaffaċċjaw l-anzjani u li għalhekk s-servizzi tas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qed ikompli jaħdem biex jindirizza wkoll dawn l-isfidi fis-soċjetà b’miżuri konkreti. 

    Il-Kap tad-Dipartiment tal-Ġerontoloġija u studji tad-dimensja fl-Università ta’ Malta, il-Prof  Marvin Formosa qal li skont statistika tal-Unjoni Ewropea Malta hija l-iktar waħda avvanzata fl-indiċi dwar l-anzjanità attiva bejn l-2008 u l-2016.  Qal li dan hu grazzi għad-deċiżjonijiet li ttieħdu mis-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, fosthom bis-servizz tas-Silver T, bi trasport bla ħlas għall-anzjani f’diversi lokalitajiet, trasfomrazzjoni tad-djar tal-anzjani, kif ukoll l-introduzzjoni tal-Università tar-Raba’ Età, b’Malta tkun l-ewwel fid-dinja li flok ikunu l-anzjani li jersqu għall-Università, tkun l-Università li tasal għand dawk l-anzjani li għandhom problemi ta’ mobilità. 

    Waqt il-konferenza l-anzjani preżenti tkellmu fuq l-esperjenzi tagħhom u anki sfidi iżda wkoll id-determinazzjoni tagħhom li jibqgħu attivi fil-komunità għaliex sabu li b’dan il-mod iħossuhom iktar kuntenti u iktar utli għall-komunità. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0