Il-familja ta’ DCG titlob lill-PM iżomm ‘il barra mill-investigazzjoni tal-qtil tagħha

  • Nov 22, 2019 13:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-familja tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia qalu li jinsabu mħassbin dwar kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed ipoġġi lilu nnifsu fiċ-ċentru tal-investigazzjoni tal-qtil tagħha. 

    Fi stqarrija huma talbu lill-Muscat biex iżomm id-distanza mill-investigazzjoni hekk kif qalu li Yorgen Fenech għandu konnessjoni maċ-Chief of Staff Keith Schembru u l-Ministru Konrad Mizzi. 

    Il-familja qalet li issa li l-investigaturi qegħdin jaraw il-konnessjonijiet ta’ Yorgen Fenech maċ-Chief of Staff, Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, huma jinsabu mħassbin li jaraw lill-Prim Ministru jpoġġi lilu nnifsu fiċ-ċentru tal-investigazzjoni. 

    Huma fakkru lill-Prim Minsitru li l-investigazzjoni tal-qtil timplika l-uffiċċju tiegħu stess u lill-eqreb uffiċjali tiegħu. Għalhekk jgħidu li l-Prim Ministru mhux postu qrib l-investigazzjoni u jemmnu li issa se jiddistanzja ruħu minnha. 

    Barra minn hekk, huma qegħdin jheddu li jieħdu azzjoni legali biex jiżguraw li l-investigazzjoni tkun indipendenti u imparzjali, ħalli tkun tista’ ssir kif suppost. Stqarrew li wisq nies ħadmu wisq bi sforz għal wisq żmien biex issir ġustizzja. Għalhekk talbu li l-Prim Ministru ma għandux ifixkel ġustizzja sħiħa għal ommhom u marthom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0