Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika: Il-PM ma kisirx l-etika bl-ingaġġ tad-ditta legali Ingliża f’isem il-gvern

  • Nov 22, 2019 13:42
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Dr George Hyzler ikkonkluda li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma kisirx l-etika meta qabbad ditta legali Ingliża Carter-Ruck biex tibgħat ittra legali f’isem il-gvern.

    Il-Kummissarju għall-Istandards ikkonkluda li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jqabbad din id-ditta legali, kienet taqa’ fid-diskrezzjoni leġittima tiegħu għax il-gvern kellu interess ġenwin fil-każ stante li l-allegazzjonijiet li saru fl-ittri kellhom impatt negattiv dirett fuq ir-reputazzjoni tal-gvern u tal-pajjiż.

    Dan il-każ hu marbut mal-pubblikazzjoni ta’ ktieb intitolat Murder on the Malta Express, dwar iċ-ċirkostanzi marbuat mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

    Ftit qabel ma’ ġie ppubblikat il-ktieb, Manuel Delia kien kiteb ittri fejn staqsa għadd ta’ domandi lill-Prim Ministru, lil Michelle Muscat, lill-Ministri Konrad Mizzi u Chris Cardona u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

    Wara li l-gvern qabbad lid-ditta legali Ingliża biex twieġeb, l-Avukat Andrew Borg Cardona bagħat ilment lill-Kummissarju għall-Istandards fejn allega li l-ingaġġ tad-ditta Carter-Ruck kien  jirrappreżenta użu ħażin ta’ fondi pubbliċi billi kien intiż li jirrispondi għal nuqqasijiet ta’ individwi fosthom il-mara tal-Prim Ministru, li mhix parti mill-gvern.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0