Tinħtieġ azzjoni fuq livell Ewropew biex tiżdied it-trasparenza fil-prezzijiet tal-mediċini

  • Nov 22, 2019 13:49
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li kien qed jitkellem fil-konferenza organizzata minn Politico dwar il-futur tas-settur tas-saħħa Ewropew, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne sejjaħ għal azzjoni mill-Unjoni Ewropea biex tiżdied it-trasparenza fil-prezzijiet tal-mediċini. Din it-trasparenza twassal biex jiżdied l-aċċess għall-pazjenti għal mediċini innovattivi madwar l-Ewropa kollha.

    Għal din il-konferenza attendew rappreżentanti mill-industrija farmaċewtika, assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, il-Kummissjoni Ewropea u diversi stakeholders oħrajn.

    Il-bżonn ta’ trasparenza f’dawn it-tip ta’ mediċini joħroġ mill-fatt li minkejja li qed ikun hawn mediċini ġodda u effettivi biex jitfejjaq mard li għalih ma kienx hawn kura qabel, il-prezzijiet ta’ dawn il-mediċini qed ikunu għoljin wisq li pajjiżi waħedhom ma jlaħħqux ma’ dawn l-ispejjeż u b’detriment għas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi żviluppati. Huma ħafna l-pajjiżi li qed jesperjenzaw diffikultà biex jixtru dawn it-tip ta’ mediċini għad-dannu tal-pazjenti. 

    Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne elenka x-xogħol li qed isir fi ħdan il-grupp magħruf bħala Valletta Group, grupp ta’ għaxar pajjiżi mwaqqaf fi żmien il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Dawn l-għaxar pajjiżi qed jikkoperaw flimkien bil-għan li jkun hawn aktar trasparenza fil-prezzijiet ta’ dawn it-tip ta’ mediċini bl-objettiv aħħari li tiżdied l-aċċessibilità għall-pazjenti.

    Qal ukoll li dan il-grupp se jesplora metodi ta’ kooperazzjoni ma’ grupp ieħor magħruf bħala l-BENELUXA (li jinkludi fih il-Belġju, l-Olanda, il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Irlanda) fuq programmar u pjanar aħjar magħruf bħala horizon scanning. Dan iwassal għal aktar informazzjoni fuq mediċini li jkunu għadhom qed jiġu żviluppati u li se jkunu fis-suq aktar ’il quddiem.

    Malta wkoll se tkun qed taħdem ma’ presidenzi futuri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex it-trasparenza fil-prezzijiet u r-reżistenza tal-mikrobi għall-antibijotiċi tkun fuq nett tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea. 

    Fid-diskussjoni, id-Deputat Prim Ministru semma wkoll l-inċentivi li jistgħu jiġu esplorati u li jingħataw lill-industrija biex din taħseb għal bżonnijiet futuri u għal aċċess aktar faċli għall-mediċini li tiżviluppa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0