Sal-2020 se jingħataw madwar €57 miljun fi ħlasijiet għall-inġustizzji fl-imgħoddi

  • Nov 22, 2019 13:55
  • Miktub minn iNews
"

    “Ma nistgħux nneħħu għajnejna minn fuq il-ballun ekonomiku”

     

    Sas-sena 2020, il-Gvern se jkun nefaq iktar minn €57 miljun fi ħlasijiet lill-Maltin u Għawdxin, biex jindirizzaw l-anomaliji u l-inġustizzji li kienu sofferti minn ħaddiema Maltin, fosthom eks-membri tal-korpi, tal-Gas Board kif ukoll uffiċjali tal-pulizija.

    Ħabbru dan il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali Michael Falzon, kif ukoll il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. Dan hekk matul din is-sena, aktar minn 7,500 persuna, jew inkella l-werrieta tagħhom, sejrin jieħdu bejniehtom madwar €11.7 miljun f’ħlasijiet differenti. 

    Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern ħabbar kif numru ta’ għotjiet oħra, foshtom mat-3000 benefiċjarju li qabel ma’ daħlu jaħdmu fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979, taw servizz f’xi dipartimenti tal-Gvern qabel l-imsemmija data bħala membri ta’ xi korp. Din is-sena wkoll, ser jingħataw għall-ewwel darba ħlasijiet lil 1,400 persuna li kienu eks-membri tal-korpi li daħlu jaħdmu f’kumpaniji parastatali, kif ukoll lill-eks ħaddiema tal-Gas Board. Dawn il-ħlasijiet sejrin ilaħħqu total ta’ madwar €7 miljun.

    Madwar 656 eks-ħaddiema tax-Xatt, jew inkella l-eredi tagħhom, li kienu ingaġġati bejn l-4 ta’ April ta’ 1973, u l-1 ta’ Ġunju tal-2007, sejrin wkoll jingħataw ħlas skont qbil li kien sar bejn il-General Workers’ Union u l-Minister għat-Trasport, liema total ser ilaħħaq il-€2.7 miljun. Skema oħra sejra tolqot 250 persuna li kienu ħaddiema fi ħdan il-Malta Electricity Board, ħaddiema li kienu l-benefiċjarji ta’ deċiżjoni mill-Kabinett tal-1970, li sfortunatament qatt ma ġiet imwettqa. Minkejja deċiżjoni tal-Qrati li dan il-ħlas ma kellux jingħata minħabba kwistjoni ta’ preskrizzjoni, fl-2017 il-Gvern kien iddeċieda li jsewwi din l-inġustizzja billi jagħti l-pagamenti mistħoqqija min dawn il-ħaddiema.

    Numru ta’ uffiċjali tal-pulizija, li kellhom gradi ta’ Kuntistabbli, Surġent jew Surġent Maġġuri, sejrin ukoll jingħataw ħlas għas-sahra mhix imħallsa bejn Settembru tal-1993, u Diċembru tal-2009. Il-kumpens ta’ dawn l-2,510 benefiċjarju ta’ dawn il-ħlasijiet, li ser ilaħħaq total ta’ €2 miljun, seħħ wara qbil bejn il-unions tal-Pulizija, kif ukoll il-Ministeru tas-Sigurta Nazzjonali.

    Il-Ministru Falzon saħaq kif il-Gvern ma kellu l-ebda obbligu legali biex iwettaq dawn l-iskemi kollha. “Madanakollu, huwa punt ta’ rġulija ta’ dan il-Gvern, li dak li kien imwettaq fil-Manifest Elettorali tagħna, semmejnih u kif.”

    Intant, il-Ministru Edward Scicluna saħaq li dawn l-iskemi ma setgħux ikunu possibbli “jekk ma jkunx hemm ekonomija b’saħħitha li tappoġġja dawn l-inċentivi. Ma nistgħux nitilfu għajnejna mill-ballun tal-ekonomija: irridu nibqgħu risponsabbli bil-bilanċi ekonomiċi tagġna, u nassiguraw li fiż-żmien li ġej, inkunu nistgħu nassiguraw inċentivi simili bħal din.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0