Jitlesta x-xogħol fil-bitħa tal-Università l-Qadima fil-Belt Valletta

  • Nov 22, 2019 14:12
  • Miktub minn iNews
"

    Bħala parti mill-proġett ħolistiku ta’ restawr tal-Università l-Qadima fil-Belt Valletta, id-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, ra li jsir ukoll xogħol fil-bitħa tal-Università.

    “Dan ix-xogħol jifforma parti min-numru ta’ interventi li qegħdin nagħmlu permezz tad-Direttorat tar-Restawr fuq l-Università l-Antika. Bis-saħħa ta’ dawn l-interventi ta’ restawr qegħdin naħdmu biex nagħtu lura l-glorja li ħaqqha din l-Università, li tinsab fiċ-ċentru tal-belt kapitali tagħna, u ġġorr magħha sinjifikat storiku li narawh matul is-snin u anke fil-binja stess,” qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt żjara fuq is-sit.

    L-ewwel fażi fuq l-interventi tal-Università l-Qadima kienet dik tar-restawr tal-bejt tal-Knisja tal-Ġiżwiti. Xogħlijiet oħra huma l-faċċati tal-Knisja u tal-Università l-Qadima li attwalment għaddej xogħol fuq il-faċċata li tagħti fuq in-naħa ta’ San Kristofru. 

    Fażi oħra kienet dik tal-faċċati tal-bitħa tal-Università l-Qadima. Uħud minn dawn il-faċċati huma oriġinali u għadhom jidhru s-sinjali tal-gwerra. Din il-bitħa llum narawha b’ħames arkati fuq naħa u erbgħa man-naħa l-oħra. 

    Oriġinarjament din il-bitħa kienet usa’ imma dik il-parti tal-Università l-Qadima ma’ Triq San Kristofru reġgħet inbniet akbar milli kienet u għalhekk il-bitħa ċkienet. Hawnhekk l-intervent kien dak li jitnaddfu l-faċċati kollha kif ukoll li jinbidel xi ġebel partikolarment mill-partijiet ta’ isfel tal-faċċati. Ġew irrestawrati l-wiċċ tal-arloġġ u l-aperturi li jħarsu għal fuq il-bitħa.

    Saret attenzjoni partikolari biex is-sinjali tal-isplużjoni ta’ żmien il-gwerra jiġu kkonservati.

    Sar ħafna xogħol biex jiġu modernizzati s-servizzi fil-bitħa tal-Università l-Qadima sabiex tiġi ppavimentata wkoll. Waqt dawn ix-xogħlijiet reġgħu nstabu l-pedamenti tal-kmamar fil-bitħa li kienu nbnew fis-seklu 19, li ġew dokumentati u mgħottija mill-ġdid.

    Meta tlestew dawn ix-xogħlijiet, ingħatat wiċċ ġdid lill-bitħa tal-Università l-Qadima. Tneħħew il-konkos u l-madum li kien hemm, inbidlu l-katusi li kien hemm taħt l-art u sar wiċċ ġdid tal-porfido u tal-granit. 

    Dan ix-xogħol ta’ pavimentar sewa €136,000 u tlesta ftit tal-ġimgħat ilu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0