MCA: Inpoġġu l-konsumatur fil-qalb tas-servizzi elettroniċi tal- komunikazzjoni

  • Nov 22, 2019 14:22
  • Miktub minn iNews
"

    L-iżviluppi mgħaġġla f’teknoloġiji ta’ komunikazzjoni qed iġibu sfidi ġodda u jwasslu għal bidliet li jaffetwaw il-konsumatur. 

    Dan is-seminar, organizzat mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA), laqqa’ firxa wiesgħa ta’ stakeholders li idduskutew aspetti differenti marbuta mat-tisħieħ tad-drittijiet tal- konsumatur fejn jidħlu servizzi elettroniċi bħal ma huma it-telefonija fissa u mobbli, l-Internet, u t- televiżjoni. F’dan is-seminar kien hemm prez?enti kelliema minn numru ta’ organizazzjonijiet internazzjonali fosthom il-Kummissjoni Ewropeja, il-BEUC (l-Organizzazjoni Ewropea tal-Konsumatur) u l-OFCOM (ir-regolatur tal-komunikazzjoni fir-Renju Unit). Saret ukoll presentazzjoni mill-Pro Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Pofessur Tanya Sammut Bonnici li ppreżentat riċerka riċenti dwar il-mod kif prodotti tat-teknoloġija jixterrdu wara li sar studju estensiv f’numru ta’ swieq fosthom dak Ingliż. 

    Fl-indirizz tiegħu lill-parteċipanti ta’ dan is-Seminar, l-Onorevoli Silvio Schembri innota kif Malta tinsab minn ta’ quddiem fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja, biex tilħaq uħud mill-miri li din stabbiliet fil-viżjoni tagħha għal Soċjetà Gigabit 2025. Dan attribwit għal diversi fatturi, ewlenin fosthom il-politika li jħaddan il-Gvern sabiex jiffac?ilità l-investiment fl-oqsma diġitali. Dan kumplimentat b’ sistema ta’ regolamentazzjoni b’ saħħitha li tippromwovi il-kompetizzjoni u li tixpruna l-investimenti fl-infrastruttura u s-servizzi tal-komunikazzjoni mis-settur privat. Huwa ħabbar li matul is-sena d-dieħla, l-Gvern se jkun qiegħed jikkonsulta fuq sett ta’ regoli ag?g?ornati li jieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppu fit-teknoloġija u li għandhom iwasslu għal protezzjoni ikbar għal konsumatur. Dan se jsir skond id-Direttiva ġdida tal-Unjoni Ewropeja li waqqfet Kodiċi Ewropew għal Komunikazzjoni Elettronika. Huwa qal li l-Gvern qabbad lill-MCA biex taħdem fuq it-trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva u li dan ix-xogħol miexi b’ rata mgħaġġla. 

    Il-Kap Eżekuttiv tal-MCA, Jesmond Bugeja, filwaqt li rrikonoxxa li Malta tgawdi minn livell ta’ konnettività għolja tal-broadband meta kkumparata ma’ pajjiz?i oħra, saħaq fuq l-impenn tal-Awtorità li taħdem mal-istakeholders kollha sabiex tkompli titjieb il-kwalità tas-servizzi offruti lill-konsumatur Malti biex dan jkun jista’ jgawdi bl-aħjar mod mill-aħħar teknoloġiji. 

    Matul is-seminar ġiet organizzata diskussjoni bejn il-Kapijiet Eżekuttivi tat-tlett kumpaniji princ?ipali tat-telekomunikazzjoni f’Malta, Nikhil Patil (GO plc), Harald Roesch (Melita Ltd), u Sonia Hernandez (Vodafone Malta Ltd). It-tlieta wieg?bu għal domandi dwar l-isfidi f’dan is-settur u x’qed isir biex l- aspettativi tal-konsumatur jiġu milħuqa. 

    Din id-diskussjoni saret fl-isfond tal-presentazzjoni tar-riżultat ta’ stħarriġ li l-kumpanija MISCO għamlet matul Lulju 2019, f’isem l-MCA, li ħares lejn l-esperjenza tal-konsumatur Malti fir-rigward tal-uz?u tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Minn dan l-istħarrig? irriz?ulta li: 

    - Meta jig?u biex jixtru servizz, il-maġġoranza jippreferu jinformaw ruħhom billi jmorru f’ wieħed mill-ħwienet tal-operaturi (31%) jew inkella billi jieħdu pariri minn qraba jew ħbieb (29%); 14% biss qalu li jibbażaw ruħhom fuq l-avviżi.

    - Madwar nofs l-interpellati (46%) ma qrawx il-kuntratt meta abbonaw għal servizz. Minn dawk li qrawh, 86% jaħsbu li l-klawsoli tal-kuntratt huma ċari.

    - Il-maġġoranza assoluta, 71%, jippreferu jikkuntattjaw il-customer care tal-operatur permezz tat-telefon. 2% biss jirrikorru għall-użu ta’ faċilitajiet provduti għal dan il-għan permezz tal- midja soċjali. Madanakollu dawk taħt il-35 sena, jippreferu jibgħatu email.

    - 56% qalu li fl-aħħar tnax il-xahar ma’ kellhom l-ebda ħsara. Minn dawk li kellhom ħsarat, il- maġġoranza assoluta kienu relatati mas-servizz tal-Internet. 72% tal-ħsarat hu irrapportat li issewwew fi żmien tlett ijiem, b’ iktar minn nofshom jissewew fl-istess g?urnata.

    - 5% biss ta’ dawk li kellhom ħsarat ingħataw xi forma ta’ kumpens.

    - 73% ma jafux x’inhuma l-ispeeds tas-servizz tal-Internet li huma abbonati għalih, filwaqt li tnejn minn kull tlieta ma jafux jgħamlu speed test.

    - 98% jikkunsidraw li l-kont huwa faċli biex jinqara. 37% għadhom jippreferu li jirċievu l-kont bil-posta, b’din il-preferenza tispikka għal dawk il-persuni b’età li taqbez? il-65 sena.

    - Kienu biss 8% li tterminaw is-servizz tagħhom jew bidlu l-operatur. Minn dawk li tterminaw is-serrvizz, 78% qalu li sabu l-proċess tal-bidla effiċjenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0