Koppja tingħata 24 sena ħabs talli ttraffikaw nisa għall-prostituzzjoni

  • Nov 22, 2019 14:35
  • Miktub minn iNews
"

    Lara Dimitrijevic: “Il-fidi fis-sistema tal-ġustizzja ġiet restawrata”

     

    “Dak il-mument meta ssir il-ġustizzja u tinforma lill-klijenti tiegħek li t-traffikanti tagħhom se jmorru l-ħabs. Tibki u tifraħ magħhom.”

    Hekk ikkummentat Dr Lara Dimitrijevic wara li l-Qorti sabet lil Robert Attila Majlat u Attilane Majlat, it-tnejn mill-Ungerija, ħatja li ttraffikaw nisa mill-istess pajjiż għall-prostituzzjoni. Huma ngħataw 12-il sena ħabs kull wieħed.

    Dimitrijevic żiedet tgħid li, “il-fidi fis-sistema tal-ġustizzja ġiet restawrata.” Filwaqt li rringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija, Dimitrijevic qalet li meta jkun hemm r-rieda li wieħed jaħdem flimkien, ikun hemm riżultati aqwa.

    Il-Qorti fissret li l-vittmi, li isimhom ma jistax jixxandar, kienu waslu Malta numru ta’ snin ilu u kellhom il-kontroll totali tal-akkużati biex jipprostitwixxu ruħhom.

    Waħda mill-vittmi għandha tarbija u kienet tgħix f’appartament fejn fih kienu jmorru ħafna rġiel. L-akkużati kienu jieħdu ħsieb it-tarbija sakemm il-vittma jkollha x’taqsam mal-irġiel. Il-medja kienet ta’ ħmistax kuljum u l-qligħ kollu kien imur għall-akkużati.

    Il-Maġistrat Joe Mifsud sostna li għall-kuntrarju tal-imputati, il-vittmi dejjem kienu konsistenti fil-verżjoni tagħhom. Il-Maġistrat qies li l-akkużati kellhom il-kontroll totali fuq iż-żewġ vittmi u li waħda minn nisa kienet ilha taħdem għall-akkużati għal seba’ snin.

    L-akkużati tant kellhom kontroll fuq il-vittmi tagħhom li anka għall-affarijiet personali, fosthom il-ħrieqi għat-tarbija, kellhom jitolbu lilhom.

    L-akkużati ċaħdu l-involviment tagħhom mas-servizzi sesswali iżda fil-verità kien hemm storja wara kollox tant li huma stess kienu responsabbli minn reklamar, il-kera tal-appartamenti u l-ġbir tal-flus mill-prostituzzjoni.

    Barra s-sentenza ta’ 12-il sena ħabs kull wieħed, il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni lill-vittmi għal ħames snin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0