''Il-ġlieda rridu nagħmluha flimkien'' - Adrian Delia waqt li semma' it-38 sena mill-inċidenti politiċi f’Ħaż-Żebbuġ

  • Nov 22, 2019 20:50
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, ftit tal-ħin ilu beda jsemmi dik li hu sejjaħ "ġlieda" u li beda jgħid li din il-ġlieda "irridu nagħmluha flimkien”.

    Hu kien qed jgħid dan waqt li indirizza attivisti f’Ħaż-Żebbuġ, attività li fiha fakkar it-38 anniversarju tal-inċidenti politiċi f’Ħaż-Żebbuġ. Delia qal li, "l-ġlieda rridu nagħmluha flimkien għax id-demokrazija hi mhedda. Għandna sitwazzjoni fejn 'il ftit jaħsbu li għax għandhom il-voti tal-ħafna jistgħu jaħkmu fuqhom u mhux iservu lilhom. Għandna ftit nies mhux partit li jaħsbu li għax ikkonvinċew lil ħafna u għax keinu l-ħafna li fdawhom bil-poter, dak jistgħu jużawh għalihom u għal ftit magħżula. Id-demokrazija hi l-proċess u l-għodda, u dawk li jintgħażlu iridu iservu lin-nies u biex jaraw l-aqwa ġid komuni għan-nies u l-poplu. Dawkl li ġġieldu qabilna, iġġieldu kontra l-korruzzjoni”, qal Adrian Delia.

    Delia, kellu wkoll messaġġ lil dawk l jaħdmu fl-armata u l-Korp tal-Pulizija. Huwa qalilhom biex ikomplu jagħmlu xogħlhom sew, "għax konvint li hemm ħaddiema f'dawn l-istituzzjonijiet li jaħdmu sew." Huwa ħeġġiġhom biex ma jagħtux kas dak li qiegħed jgħid il-Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0