Ritratt: Dominic Borg
Hamrun S. .... 0
Floriana ........ 0
Wara d-draw kontra Hibernians, il-leaders Floriana fallew żewġ punti oħra importanti fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat BOV Premier meta ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals minn Hamrun Spartans.
Kienu proprju l-Ispartans li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss erba’ minuti resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta l-attakkant Taljan, Nicola Leone, venven xutt qawwi minn barra l-kaxxa iżda sab lill-goalkeeper ta’ Floriana, Ini Etim Akpan, attent.
Il-Greens wieġbu wara kwarta logħob permezz ta’ free-kick ta’ Diego Venancio li iżda għadda ftit ċentimetri barra.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-22 minuta, Jose Ulises Arias, ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li ntemm barra.
Iżda fid-29 minuta l-Ispartans reġgħu heddew permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Soufiane Lagzir li ħareġ l-aħjar ta’ Ini Etim Akpan li salva tajjeb wara li ntefa’ minn tulu fl-art.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispartans ħarġu ferm aggressivi u fit-52 minuta Jorge Ailton Soares avvanza tajjeb u kellu x-xutt minn tarf il-kaxxa jispiċċa għoli.
Tliet minuti biss wara, Lagzir tilef ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor għat-team immexxi mill-coach Manuele Blasi meta kellu xutt minn pożizzjoni ideali salvat minn Akpan megħjun mill-wieqfa.
Floriana wieġbu mas-siegħa logħob meta Kristian Keqi għadda pass preċiż lejn Tiago Adan Fonseca li ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Manuel Bartolo, b’dan tal-aħħar iwettaq save stupend.
Il-Greens komplew jippersistu u fis-70 minuta, Jose Arias Ulises reġa’ sab lil Manuel Bartolo attent meta dan dawwar f’corner.
Disa’ minuti wara, Hamrun Spartans, ipprotestaw għal penalty meta Jorge Ailton Soares deher jitwaqqa’ fil-kaxxa, iżda r-referee Trustin Farrugia Cann ħalla l-logħob għaddej.
Fil-81 minuta, Tiago Adan Fonseca għal Floriana kellu xutt angolat fil-baxx minn ġol-kaxxa jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper Ħamruniż.
HAMRUN S.: 26-Manuel Bartolo, 7-Triston Caruana, 9-Jorge Ailton Soares, 10-Wilfried Domoraud, 13-Clayton Failla (77-Bradley Schembri 87), 17-Nicola Leone, 19-Soufiane Lagzir, 22-Marco Criaco, 30-Karl Micallef, 55-Orestis Nikolopoulos (20-Darren Borg 82), 90-Mattia Cinquini - Coach: Manuele Blasi
FLORIANA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Enzo Ruiz, 7-Diego Venancio, 9-Kristian Keqi (80-Terence Vella 87), 10-Jose Arias Ulises, 17-Jurgen Pisani, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Augusto Caseres (30-Jan Busuttil 59), 22-Alex Cini, 94-Ryan Camenzuli, 99-Tiago Adan Fonseca - Coach: Vincenzo Potenza
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES:Roberto Vella, Ivan Galea
RABA’ UFF: Mario Apap
SKORERS:Ħadd
AMMONITI:C. Failla, O. Nikolopoulos (H), M. N. Garcia (F)
PLAYER TAL-LOGĦBA:Manuel Bartolo (HS)
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.