Megabyte tlesti b’suċċess proġett ta’ tiġdid fuq sistema tal-ERP għal Seifert Systems

  • Nov 26, 2019 00:52
  • Miktub minn iNews
"

    Seifert systems għandha iktar minn 50 sena esperjenza fil-qasam tagħha u timmanufattura 35,000 sistema industrijali li jkessħu u jsaħħnu, minn facilità ta’ produzzjoni ta 11,500 metru kwadru. Il-kumpanija tipprovdi għas-swieq globali ewlenin kollha permezz ta’ network dinji ta’ bejh u servizz.

    Wara l-ewwel implementazzjoni ta’ l-‘Oracle E-Business Suite’ li għamlu Megabyte għal Seifert, Megabyte intalbet soluzzjoni sabiex l-ERP ta’ Seifert tintuża bl-aħjar mod possibbli. Barra minn hekk, l-ammont ta’ xoghol li għandha bħalissa teħtieġ hardware iktar b’saħħtu biex issosstni l-ħtiġijiet ta’ infrastruttura li dejjem qiegħda tikber.

    Wara li t-tim ta’ Megabyte stħarreġ mill-qrib l-arkitettura attwali u x-xog?ol ta’ kuljum tas-sistema ta’ Seifert, Megabyte tat parir li Seifert iġġedded d-database tagħha ghal verzjoni iktar riċenti kif ukoll ghal hardware iktar modern. Dawn iż-żewġ tibdiliet tejbu l-ħidma tal-ERP, filwaqt li tnaqqas il-bżonn ta’ żmien ta’ waqfien mix-xog?ol.

    Dan ix-xogħol magħmul b’mod strutturat ħafna, sar b’suċċess mit-tim ferm imħarreg ta’ Megabyte, li wassal biex Seifert tkun waħda mill-ewwel klijenti tal-Oracle li qegħdin jużaw din il-verżjoni tas-software.

    It-tlestija ta’ dan il-proġett żgura li Seifert tista tibbenefika minn produttività, ħidma u mmaniġġjar itjeb tas-sistema tagħhom, filwaqt li tista tuża l-hardware ġdid bl-aħjar mod possibbli. Seifert ibbenifikat minn aktar funzjonalità li bil-verzjoni ġdida issa ġiet disponibbli ghall-operat tagħha, li kull ma jmur qiegħed jikber kif ukoll is-sistema hija ‘cloud ready’. Dan it-tiġdid poġġiehom ukoll f’pożizzjoni avvanzata fit-teknoloġija tal-manifattura permezz tal-aħħar teknologiji tad-database.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0