Il-Banda Żejtun b’mawra fl-Eġittu

  • Nov 28, 2019 14:38
  • Miktub minn iNews
"

    Illejla għall-ħabta tal-11.00 p.m. l-Banda Żejtun flimkien ma’ Circolo Santa Caterina b’ kontinġent ta’ madwar 60 persuna tibda mawra fl-Eġittu, fl-ibliet importanti ta’ Lixandra u l-kapitali tal-Eġittu l-Kajr.

    Fuq stedina li saritilha l-Banda Żejtun se tkun qiegħda ttella’ Programm Mużikali fil-Katidral prestiġġjuż ta’ Santa Katarina V.M. b’ siltiet ta’ mużika mill-aqwa, kif ukoll se tkun qed tesegwixxi marċ fil-Kajr. Il-Banda Żejtun se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. David Agius.

    Din hi okkażjoni ta’ prestiġju enormi kemm għall-Banda, għaż-Żejtun, kif ukoll għal Malta fejn se tkun qiegħda tiġi esportata mużika esegwita minn mużiċisti Maltin issa wkoll barra mill-Ewropa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0