“GRAZZI tal-ħidma tagħkom biex ikollna pajjiż sigur u titwettaq Ġustizzja”

  • Diċ 01, 2019 09:00
  • Miktub minn iNews
"

    Sfortunatament xi sezzjonijiet tal-midja diversi drabi jkunu kritiċi ħafna fil-konfront tal-ħidma li ssir mill-forzi tas-sigurtà u l-bon ordni fil-pajjiż. Normalment din il-kritika ssir biex tiġi attakkata l-istituzzjoni partikolari mingħajr ma’ jiġi apprezzat il-fatt li l-ħaddiema li jaħdmu f’dak id-dipartiment ikun qed jagħmel sagrifiċċji kbar u saħansitra jkun hemm ċirkostanzi fejn ħaddiem jissogra ħajtu biex jinkisbu r-riżultati. Dan qalu s-Segretarju tat-taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU Theo Vella.

    Mingħajr ma’ semma’ ebda każ speċifiku Vella qalilna li sabiex ikun investigat każ ta’ kriminalità organizzata u każijiet ta’ Sigurtà Nazzjonali jsir ħafna xogħol li ma jkunx qed jidher u mhux sew li wieħed jagħti l-impressjoni li ma jkun qed isir xejn biex inżommu pajjiżna sigur. Dan ix-xogħol kollu mbagħad jibda jidher ladarba jibdew il-proċessi fil-Qorti fejn is-seduti normalment isiru fil-miftuħ, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet partikolari li s-smiegħ ikollu jkun fil-magħluq. 

    Jekk tkun pubblika informazzjoni li tkun għadha qed tiġi investigata jew tkun pubblika xi operazzjoni qabel il-waqt, jista’ jwassal għal tfixkil tal-istess investigazzjoni u saħansitra tpoġġi fil-periklu l-ħajja tal-uffiċjali inkwistjoni. Għalhekk mhux ġust li jkun hemm kritika meta l-entità konċernata tkun qed iżomm milli dik l-informazzjoni tkun pubblika. Vella qalilna li kull meta jkun hemm kritika inġusta l-ħaddiema jħossuhom dispjaċuti għax iħossu li x-xogħol tagħhom ma jkunx apprezzat.

    Vella rringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi (inkluż il-ħaddiema tal-Protezzjoni ċivili), iżda bl-avvenimenti li seħħew riċentament wieħed għandu japprezza aktar kemm hu xogħol importanti tas-suldati, tal-Pulizija u l-Uffiċjali Korrettivi li normalment ħadd ma jsemmihom għax ix-xogħol tagħhom isir wara bibien magħluqa. Vella appella lill-gvern biex bħalma sar mal-Pulizija s-sena l-oħra, issa jitjiebu is-salarji u kundizzjonijiet tas-Suldati u l-Uffiċjali Korrettivi permezz ta’ ftehim kollettiv li jirrifletti r-realtajiet tal-lum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0