Raġel u tifel ta’ 10 snin iweggħu wara li l-vettura tidħol f’arblu tad-dawl

  • Diċ 01, 2019 09:30
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta’ 42 sena, residenti ż-Żurrieq, sofra ġrieħi gravi u tifel ta’ 10 snin sofra ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f’inċident stradali fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi.

    Il-Pulizija kienu infurmati għall-ħabta ta’ 12.00a.m. li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq wara li seħħet ħabta bejn vettura u arblu tad-dawl.

    Minn stħarriġ preliminari, irriżulta li waqt li l-vettura tat-tip Suzuki Ignis kienet qed tinstaq mir-raġel għal xi raġuni tilfet il-kontrol u kellha impatt m’arblu tad-dawl. It-tifel kien passiġġier fl-istess vettura.

    Fuq il-post isseħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu liż-żewġ vittmi li kienu maqbuda fil-vettura. Iż-żewġ persuni ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0