Kif taħdem il-Maħfra Presidenzjali?

  • Diċ 01, 2019 11:18
  • Miktub minn iNews
"

    Il-maħra Presidenzjali huma ffirmati u mogħtija mill-President. Elenkata fil-Kostituzzjoni, f'Artiklu 93, l-unika xenarju fejn il-President huwa rikjest jitlob xi informazzjoni mingħand persuni oħra, huwa meta persuna jkun mogħti sentenza ta' mewt fil-Qrati. Dan l-artiklu huwa frott ta' liġijiet antiki, fejn il-piena tal-mewt kienet għadha tista tingħata. Ta' min ifakkar li fl-1971, il-piena tal-mewt kienet imneħħija mill-Kodiċi Kriminali, u fis-sena 2002, Malta rratifikat Protokoll 13 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali, li wassal biex pajjiżna jabolixxi kompletament l-piena kapitali f'kull ċirkustanzi, inklużi dawk militari.

    Lura għall-maħfra presidenzjali, minkejja li din mhix elenkata fil-Kostituzzjoni, minħabba dik li tissejjaħ bħala "constitutional convention", il-President jirrikjedi l-opinjoni ta' entitajiet differenti, fosthom l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija, u l-Kabinett. U minkejja li d-deċiżjoni finali tittieħed mill-President, jidher li kull darba li din il-maħfra ġiet diskussa, il-President qatt ma mar kontra l-opinjoni mogħtija lilu meta ġie biex jiddeċiedi favur jew kontra talba ppreżentata lilu.

    Il-President jista jagħti maħfra presidenzjali kif irid?

    Mhix eżatt. L-imsemmi Artiklu fil-kostituzzjoni jelenka erba poteri li għandu il-President fejn tidħol din il-maħfra:

    a) Biex jagħti maħfra, kemm kompleta kif ukoll ikkundizzjonata, lil persuna li jkollu x'jaqsam, jew ikun misjub ħati ta' xi reat

    b) Biex jissospendi, kemm b'mod indefinit jew inkella għal perjodu speċifiku, s-sentenza mogħtija lil persuna misjub ħati fuq xi reat

    ċ) Biex inaqqas piena mogħtija lil persuna meta jinstab ħati ta' reat

    d) Biex jaħfer, jew in parti jew kompletament, kundanna mogħtija lil persuna minħabba f'xi reat.

    Huma fuq dawn l-erbgħa binarji li l-President jista jopera.

    Min jista jippreżenta petizzjoni lill-President?

    Il-proċedura biex issir petizzjoni għall-maħfra presidenzjali hija waħda aperta. Legalment, sewwa l-persuna misjuba ħatja tal-akkuża, sewwa l-avukat tiegħu, u anke xi persuna familjari jew qariba tiegħu, jista jibgħat petizzjoni lill-President biex tingħata din il-maħfra. 

    Kien hemm każijiet oħra fejn din ingħatat?

    Iva. Każijiet ċelebri huma dawk li ġara fl-1994, meta ingħatat maħfra presidenzjali lil Joseph Fenech, bil-patt u l-kundizzjoni li jixhed kontra dawk li allegatament wettqu l-attentat ta' qtil fuq il-Kap tal-Persunnel tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Richard Cachia Caruana. Din il-maħfra għadha kontroversjali sal-lum il-ġurnata, kemm minħabba l-involviment tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fil-każ minnu nnifsu, kif ukoll minħabba l-fatt li minkejja li ngħatat din il-maħfra fil-konfront ta' Fenech, ma kinitx biżżejjed biex twassal għal sentenza ta' ħtija mill-ħabs fil-konfront tal-persuni msemmija minn Fenech.

    Iktar riċenti minn dan kien il-każ li ddomina l-eleżżjoni tal-2013: id-deċiżjoni li tingħata maħfra Presidenzjali lil George Farrugia, biex jixhed fil-każ tal-iskandlu taż-żejt.

    Il-maħfra presidenzjali tingħata biss f'każijiet politiċi importanti allura?

    Mhix bilfors. Per eżempju, fl-2012, mara ta' 57 sena kienet mogħtija tlett xhur ħabs wara li l-eks raġel tagħha akkużaħa li ma ħallietux jara lit-tifel tagħha. Minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati u l-Qorti tal-Appell, il-mara kienet saħqet pubblikament li t-tifel tagħha, li fi żmien d-deċiżjoni tal-Qrati kellu 16-il sena, ma riedx jitlaqa miegħu. Il-mara kienet ikkritikat lill-Qorti talli m'għamlitx distinzjoni bejn il-fehma ta' minuri ta' 5 snin, u minuri ta' 16-il sena li ried jistudja, u li ma kellux relazzjoni tajjeb ma' missierhom.

    Il-President ta' dakinhar, George Abela, kien iddiskuta mal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Avukat Ġenerali, u wara l-parir tagħhom, kien iddeċieda li jilqa t-talba tal-mara għall-maħfra presidenzjali, u l-mara sussegwentament inħelset.

    Każ ieħor kien ta' Francesco De Assis Queiroz mill-Brażil fl-1994, li nqabad ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta b'xejn inqas minn tlett kilogrammi droga kokaina. Wara li kien misjub ħati mill-Qrati, ingħata sentenza ta' tnax-il sena ħabs, u l-ħlas ta' €50,000 f'Multa.

    Wara ftit xhur, l-imsemmi Queiroz safa marid bl-Epatite Ċ. Il-mara tiegħu bagħtet ittra lill-President Dr Ugo Mifsud Bonniċi, biex ir-raġel tagħha jiġi rrilaxxat. Il-President laqa' din it-talba, bir-raġuni mogħtija minnu kienet s-saħħa u s-sigurtà tal-ħabsin kollha 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0