Żagħżugħ mixli li pprova joqtol ieħor wara argument f'Wied il-Għajn

  • Diċ 01, 2019 12:36
  • Miktub minn iNews
"

    Carl Caruana ta’ 22 sena minn Wied il-Għajn baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li pprova joqtol lil Christian Muscat ta’ 21 sena billi allegatament spara tiri fid-direzzjoni tiegħu iżda b’xorti tajba ma laqtux. 

    L-argument seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda, għall-ħabta tal-11.00 a.m., fi Triq in-Nadur, Wied il-Għajn. Caruana kien mixli wkoll li kellu fil-pussess tiegħu arma mingħajr liċenzja u li sar reċediv.

    Jidher li l-inkwiet bejn iż-żewġt irġiel kien ilu għaddej fejn allegatament intbagħtu wkoll xi messaġġi b’theddid. L-imputat qed jinsisti li huwa l-vittma f’dan il-każ u li kien huwa li rċieva t-theddid. 

    L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li r-reat huwa wieħed serju u l-fatt li għad baqa’ diversi xhieda li jridu jixhdu.

    Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, f’dan l-istadju, minħabba n-natura tar-reati u l-biża’ ta’ intralċ ta’ provi, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li jinżamm taħt arrest preventiv. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Heyman waqt li Caruana kien assistit mill-Prokuratur Legali Peter Paul Zammit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0