[AĠĠORNATA] Chris Cardona lura fil-kariga bħala Ministru u Deputat Mexxej

  • Diċ 01, 2019 12:54
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista ta l-appoġġ unanimu tiegħu lill-Prim Ministru fid-deċiżjonijiet kollha li se jkun qed jieħu, wara diskussjoni ħielsa fejn il-membri kollha esprimew il-fehmiet tagħhom.

    Fil-bidu tal-laqgħa, il-Prim Ministru ħabbar li wara l-aħħar żviluppi fil-Qorti, Chris Cardona qed mil-lum jirritorna bħala Ministru u Deputat Mexxej.

    Il-Grupp Parlamentari qabel ukoll li l-ġimgha d-dieħla jsiru seduti Parlamentari li matulhom jigi diskuss il-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia wara li persuna tressqet formalment akkużata li kienet il-mandant tad-delitt.

    Il-Grupp irringrazzja wkoll lil Helena Dalli li temmet il-mandat Parlmentari tagħha biex issa inħatret Kummissarju Ewropew.

    Qabel: Il-membri tal-grupp Parlamentari Laburista bdew iħallu r-residenza estiva tal-Prim Ministru fil-Girgenti.

    Dan wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja bdew deħlin fl-istess residenza fejn jidher li kien hemm diskussjoni importanti bejn l-istess membri.

    Għalkemm damu numru ta' sigħat, f'dan l-istadju għadu mhux magħruf x'kien il-motiv ta' din il-laqgħa u jekk kienx hemm xi żvilupp.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0