Tnejn mixlija li pprovaw jitilqu minn Malta b’dokumenti foloz

  • Diċ 01, 2019 13:25
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ żgħażagħ Sudaniżi baqa’ jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li kellhom fil-pussess tagħhom dokumenti foloz. 

    Asim Anur ta’ 18-il sena u ġuvni ieħor ta’ 16-il sena, it-tnejn residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far ġew mixlija li ffalsifikaw u għamlu użu minn passaport Taljan u permess ta’ residenza Taljan foloz.

    Fil-Qorti huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u nsistew li ma kinux jafu li d-dokumenti kienu fil-fatt foloz. 

    Jidher li s-Sudaniżi, li ilhom f’pajjiżna għal dawn l-aħħar sitt xhur, kienu ltaqgħu ma’ persuna oħra fl-ajruport u kien dan tal-aħħar li tahom id-dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jitilqu minn Malta.

    Huma baqgħu jinżammu arrestati wara li kellhom it-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darren Buhagiar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0