Il-mużika tieħdu mal-erbat irjieħ tad-dinja

  • Diċ 01, 2019 14:36
  • Miktub minn iNews
"

    Giuseppe Ottaviani twieled nhar it-12 ta’ Novembru 1978 u llum il-ġurnata għandu 40 sena. Tista’ tgħid li l-mużika kienet u għadha parti importanti minn ħajtu minħabba li ta’ erba’ snin beda jitgħallem il-pjanu fil-belt ta’ Viterbo, il-post fejn twieled u li jinsab viċin Ruma. Wara li attenda skola tal-mużika sa minn ċkunitu, f’żgħożitu beda jistudja l-mużika klassika. 

    Meta beda jitfarfar, iż-żagħżugħ Giuseppe skopra ġeneru ta’ mużika ferm differenti minn dik li normalment kien imdorri biha u din hi l-mużika elettronika. Beda jinteressa ruħu f’dak li kienu jagħmlu disc-jockeys rinomati fis-snin disgħin u fl-1995 fl-età ta’ 17-il sena beda jdoqq bħala DJ f’diskoteki u bars taż-żona. Lejn l-aħħar tas-snin disgħin, il-kompjuter beda jsir dejjem aktar popolari u miegħu ukoll diversi programmi relatati mal-mużika. 

    Fl-1997 xtara kompjuter sabiex ikun jista’ jibda jipproduċi l-mużika personali tiegħu. Waqt waħda mill-wirjiet tiegħu ltaqa’ ma’ żewġ DJsrinomati għal dawk iż-żminijiet Andrea Ribeca u Giacomo Micciche. Aktar m’għadda ż-żmien, aktar saru ħbieb u fil-bidu tal-millenju l-ġdid iddeċidew li jimbarkaw għal proġett importanti flimkien bl-isem ta’ NU NRG. Fis-sena 2001, huma bdew joħorġu ħafna diski partikolari fuq VanditRecord. 

    Giuseppe Ottaviani ħalla lill-grupp NU NRG fis-sena 2005 sabiex ikompli l-karriera tiegħu waħdu. Ħafna mid-diski tiegħu saru ferm popolari fejn fost l-oħrajn wieħed jista’ jsemmi ismijiet bħal LinkingPeople, Through your Eyes u No More Alone. F’din l-aħħar diska kien hemm leħen Stephen Pickup li għen lil Giuseppe fil-parti vokali sabiex il-ħoss u r-ritmu jkun ferm aħjar. 

    Dan id-DJ Taljan, ferm popolari, kellu wkoll diski li ħariġhom ukoll ma’ kumpaniji tal-mużika bħal GO Music, FSOE, Subculture u Black HoleRecordings. 

    Fil-karriera tiegħu Ottaviani kellu kollaborazzjonijiet ma’ diversi DJsrinomati bħal Paul Van Dyk, Ferry Corsten, The Moon u Betsie Larkin. 

    Ftit tal-ġranet ilu, Giuseppe Ottaviani kien Malta sabiex jagħti spettaklu ta’ mużika f’waħda mid-diskoteki rinomati f’pajjiżna. Aħna tkellimna miegħu dwar din it-tieni esperjenza tiegħu f’pajjiżna u dwar ix-xena tat-trance fl-Ewropa. 

    Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-mużika Trance?

    L-imħabba tiegħi lejn il-mużika kienet sa minn ċkuniti minħabba li ommi u missieri kienu ffissati lejn il-mużika klassika. Kont nisma’ diversi opri u kompożizzjonijiet b’missieri l-ħin kollu bir-radju mixgħul jisma’ stazzjon li kien ixandar il-mużika klassika. Spiċċajt anke studjajt dan il-ġeneru ta’ mużika għalkemm kelli x-xorti wkoll invarja billi ommi kienet iddoqq kanzunetti Taljani u ta’ gruppi klassiċi bħal Queen, U2 u mużika dance. Meta ġie vvintat l-istil techno lejn l-aħħar tas-snin disgħin, ħassejtni li nġbidt lejn dan il-ġeneru u bdejt nesperimenta aktar u aktar meta xtrajt l-ewwel kompjuter tiegħi. Minn hemm bdejt inħallat mużika ma’ oħra u saħansitra wasalt biex nħawwad xi ħaġa bejn il-klassiku u l-modern. Kont ferm kburi b’din l-għażla li għamilt u mingħajr ma’ naf irnexxieli niskopri l-istil favorit tiegħi li għadni għaddej bih sal-lum il-ġurnata. 

    Kif tiddeskrivi l-istil trance u elettroniku fl-Italja?

    B’xorti ħażina dan l-istil qisu miet mewta naturali. Sas-snin disgħin u partikolarment fl-ewwel snin tal-millenju kien hawn popolarita’ kbira b’diversi DJs li kienu jipproduċu ħafna mużika tajba. Illum dawn l-istess DJs kellhom ibiddlu u jaddattaw għall-istil preżenti sabiex jibqgħu popolari. Kif jgħidu trid dejjem taġġorna ruħek. Madankollu nħoss ċertu dieqa meta nara kif inbidlet il-mużika. Illum diska ddum xahar forsi tnejn fil-quċċata imbagħad tibda tmajna. Id-diski li konna nipproduċu aħna baqgħu popolari sal-ġurnata mqaddsa tal-lum u llum saru klassiċi. Illum diska ddoqqha u wara xi xahrejn tinsiha u ssir ineżistenti. 

    Kif tiddeskrivi l-kollaborazzjoni tiegħek ma’ Paul Van Dyk?

    Kellna aktar minn kollaborazzjoni waħda. Paul hu persuna miftuħa għal kull suġġeriment u kritika u għandu l-abbilta’ li jivvinta biċċa mużika mix-xejn. Jien tgħallimt ħafna mingħandu. Meta daqqejna flimkien ftiehmna ħafna u ħassejtni komdu naħdem miegħu.Niddeskrivi lil Paul Van Dyk bħala DJ kollega ideali biex taħdem miegħu. 

    U xi tgħidli dwar Armin Van Buuren?

    Anke ma’ Armin Van Buuren għamilna mix tajba ta’ diski u meta daqqejna flimkien litteralmentġenninna diskoteka. Niftakar li kont mort l-Olanda eżattament fil-belt ta’ Amsterdam u hemmhekk kont impressjonat kemm il-folla rrispondiet għall-mużika tagħna. Kien mument partikolari li bqajt niftakar. 

    Int għadek ġej minn kunċert grandjuż mill-belt ta’ Manila fil-Filippini. X’tirrakkuntali dwar dan l-avveniment li ħadt sehem fih?

    Kien kunċert kbir li għalih attendew eluf ta’ nies. Kulħadd ħa pjaċir u minkejja li kienet nieżla ħafna xita, ħadd ma ċċaqlaq anzi riedu jkomplu għaddejjin. Xi ħaġa li laqtitni kienet meta nfetħu l-umbrelel u l-atmosfera li ħolqu bla ħsieb.  Il-Filippini huwa poplu mill-aqwa li żifen għall-mużika li pprovdejtlu. 

    X’taħseb li jrid isir sabiex ix-xena tal-mużika Trance terġa’ tieħu l-ħajja?

    Kif għedtlek aktar qabel, mhux faċli li din it-tip ta’ mużika terġa’ tieħu l-ħajja. Fl-Italja ta’ fuq saret iktar diffiċli għalkemm in-Nofsinhar tal-Italja għadhom jisimgħuha mhux ħażin. Fl-Olanda l-mużika elettronika tindaqq f’diversi stazzjonijiet tar-radju u tibda tara kemm il-popolarita’ baqgħet konsistenti. Pajjiżi oħra qalbu għall-ġeneru kummerċjali li kif għedt aktar qabel, diska tkun temporanjament popolari mbagħad tintesa’.

    Din hi l-ewwel darba li ġejt Malta?

    Le diġa’ kont ġejt hawn ftit tas-snin ilu. Ġejt mistieden minn kumpanija lokali sabiex nagħmel gig f’diskoteka lokali. Nispera li n-nies ħadu pjaċir b’dak li offrejtilhom. 

    Xi smajt fuq Malta?

    Smajt ħafna affarijiet sbieħ fuq din il-gżira. L-ewwelnett diversi DJs u kantanti ta’ fama internazzjonali ġew hawnhekk. Ma nistax ma nsemmix l-Isle of MTV li jien insegwi kull sena minn fuq it-televiżjoni u riċentement kien hawn attivita’ ta’ Radio Italia fejn diversi kantanti Taljani ġew hawn u l-pubbliku seta’ jgawdu biċċiet mir-repertorju tagħhom. Fis-sajf il-gżira hi tajba ħafna biex tagħmel avveniment jew kunċert mill-aqwa u l-klima jgħin ħafna. 

    Kemm int okkupat f’ħajtek?

    Ħafna! Għadek ma tafx kemm! Fil-fatt irrid nagħmel skeda kull ġimgħa u nkun organizzat għax kieku ma nlaħħaqx. Ikolli xogħol li jsir fl-istudio personali tiegħi iżda mhux biss. Mhux l-ewwel darba li qabel ma mmur nagħmel xi tour ta’ kunċerti, inħallat il-mużika bil-kompjuter waqt li nkun fuq l-ajruplan jew fil-lukanda. Din għalija saret xi ħaġa normali. Nemmen li qatt m’għandek taħli ħinek u jien ma nistax żgur!

    Kif għenitek il-mużika klassika sabiex tipperfezzjona dik trance?

    Naħseb li l-mużika klassika għenitni ħafna fil-melodiji minħabba li din tkun kajmana u bil-mod u għalhekk minnha tista’ tieħu l-aqwa tagħha u tipproduċiha b’mod mgħaġġel bil-ħsejjes kollha involuti. Meta jkolli l-ispirazzjoni kapaċi noħloq xi ħaġa innovattiva li mbagħad nużaha waqt il-kunċerti tiegħi.

    Kif qed tarah il-futur tiegħek bħala DJ?

    Jien għadni nikkrea l-mużika u hekk se nibqa’ nagħmel. Dan għalija  mhux biss huwa xogħli iżda wkoll passatemp sabiħ. Jien narani li se nibqa’ attiv għas-snin li ġejjin sabiex inwassal il-mużika elettronika kull fejn immur. 

    Nixtieqek tgħaddili messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u jixtiequ jsiru DJs bħalek.

    L-ewwel u qabel kollox illum il-ġurnata żdiedu ħafna l-opportunitajiet sabiex tikkrea mużika sabiħa. Fi żmieni dan kollu ma kienx dejjem possibbli. Barra minn hekk il-programmi tal-kompjuter għamlu avvanzi kbar u llum tista’ anke xxandar permezz tal-internet. 

    Lil dawn iż-żgħażagħ ngħidilhom biex ma jieqfu qatt joħolmu. Ftakru li l-ħolm jaf isir realta’ jekk dejjem tirsisti għalih. 



    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0