[AĠĠORNATA] Id-dimostranti jimblukkaw it-triq ... għada se jerġgħu jipprotestaw

  • Diċ 01, 2019 16:24
  • Miktub minn iNews
"

    Id-dimostranti komplew bid-dimostrazzjoni tagħhom billi mxew lejn ir-roundabout tal-monument tal-gwerra u ddeċidew li jimblukkaw it-triq.

    Hekk kif fl-aħħar ġiet fi tmiemha din id-dimostrazzjoni, wieħed mill-kelliema appella lil dawk li baqgħu sal-aħħar biex jistrieħu u għada jirritornaw quddiem il-Parlament għall-4:00 p.m.

    Qabel: Folla nies inġabret għal dimostrazzjoni oħra fil-Belt Valletta. 

    Il-ġenituri ta’ Daphne Caruana Galizia u qraba oħra kienu fuq quddiem iġorru strixxun bil-kelma ĠUSTIZZJA. Kartelluni oħra kkundannaw lill-Gvern jew għamlu referenzi għall-kitbiet tas-Sinjura Caruana Galizia.

    Id-dimostranti qegħdin kontinwament jgħajtu "Ġustizzja", "Assassin", "Barra" u "Ħabs" fost kliem u frażijiet oħra.

    Hekk kif bdew id-diskorsi ta' dawk li indirizzaw il-folla li nġabret illejla fil-Belt Valletta, kompliet l-insistenza li l-Prim Ministru jwarrab mill-kariga.

    Manuel Delia fost attakki verbali fuq il-Prim Ministru u "l-klikka tiegħu", insista li din il-folla se tkompli titkattar u tibqa' tagħmel dimostrazzjonijiet sakemm Joseph Muscat jirriżenja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0