Basktijiet “mimlijin b’tama” għall-pazjenti li jieħdu l-kimoterapija

  • Diċ 01, 2019 16:38
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Għall-ewwel darba f’pajjiżna, il-pazjenti morda bil-kanċer qegħdin jingħataw “basktijiet ta’ tama” mill-Fondazzjoni Smiling With Jerome. 

    Kienu omm u missier Jerome, Josette u Kenneth Frendo li bdew din l-inizjattiva permezz tal-fondazzjoni li ħolqu biex jibqgħu jfakkru lil binhom li miet sentejn ilu b’kanċer fl-għadam meta kien għad kellu biss 20 sena. 

    Il-fondazzjoni hi għaqda non-governattiva li tgħin lil familji li huma morda bil-kanċer jew inkella li għandhom uliedhom b’kundizzjonijiet speċjali severi jew inkella huma morda.  

    Għall-ewwel darba f’Malta, għalkemm huma popolari ħafna barra minn pajjiżna, minn Diċembru din il-fondazzjoni se tibda tagħti dawn il-basktijiet ta’ tama lill-pazjenti li qegħdin jieħdu l-kimoterapija. 

    Il-basktijiet huma mimlijin b’diversi affarijiet li jistgħu jgħinu lill-pazjenti waqt li jkunu qegħdin jiffaċċjaw is-sigħat twal ta’ trattament. Fuq kollox kull basket huma mimli b’tama għal dak li jirċievi l-basket. 

    Fil-basket hemm kutra ħalli l-persuna ma tħossx il-bard. Hemm ktieb tat-tislibiet u affarijiet biex il-persuna tkun tista’ tpinġi u tgħaddi l-ħin waqt it-trattament jew inkella meta tkun imbeżża’. Magħhom hemm ukoll hand sanitizer u pakketti tat-tissues ħalli kemm jista’ jkun iżżomm il-mikrobi ‘l bogħod. Ma jonqosx ukoll lollipop peress li l-kimoterapija tista’ tħalli togħma ħażin fil-ħalq tal-persuna u krema għax-xufftejn peress li dan hu effett sekondarju komuni. Għall-iżgħar fost il-pazjenti tpoġġa wkoll soft toy ta’ annimal. Ma’ dawn hemm ukoll flixkun ilma għax hu importanti li l-pazjenti jkunu idratati u stress ball ħalli l-pazjent iżomm ruħu kalm. 

    Il-proġett se jibda proprju minn Diċembru fejn il-Fondazzjoni se tkun qiegħda żżur lill-pazjenti li jkunu fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo u f’Hospice Malta. 

    Filwaqt li barra minn Malta jsiru attività ta’ karità biex tiġi ffinanzjata din l-attività, ikun tajjeb jekk hawn Malta tingħata għajnuna lill-Fondazzjoni Smiling With Jerome ħalli din l-inizjattiva tkompli tikber. Min jixtieq jikkontribwixxi jista’ jagħmel dan billi jidħol fuq https://smilingwithjerome.com/?fbclid=IwAR1AVsURcQpbo4gKhg_Hoa0q7hl_2ab-83o4sFBMAfxxCPxLGHuTS8O8nKI

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0