“Għax hekk hemm bżonn” - Jibda proċess biex jinħatar Prim Ministru ġdid

  • Diċ 01, 2019 20:13
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru qal li żamm kelmtu wara li sentejn ilu wiegħed li ssir ġustizzja. Qal li fil-proċess ħa responsabbilità sħiħa biex ikun hemm żviluppi ġodda.

    Muscat qal li d-deċiżjonijiet li ħa dejjem ħadhom għax jemmen fis-sewwa. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u se ssir ġustizzja kompla l-Prim Ministru. Tkellem dwar mumenti li kellu jgħixhom waħdu u fis-solitudni hekk kif titlob il-kariga tiegħu.

    Muscat qal li minkejja li ħadd ma għandu dritt jiġġustifika dan il-qtil, saħaq li l-vjolenza bi skuża ta’ protesta qatt mhuma aċċettabbli.

    Muscat qal li jħares ’il quddiem biex dan il-kapitlu jingħalaq u mhux jintesa. Qal li jemmen li l-poplu kapaċi jiddistingwi min għamel il-ġid. Rigward l-aħħar seba’ snin, Muscat qal li minn qgħad, għandna problema għax m’hawnx biżżejjed nies biex jaħdmu x-xogħol li qed ikompli jiżdied. Tnaqqsu t-taxxi, tnaqqas il-faqar u nħoloq pajjiż għal familji aħjar b’kontijiet orħos. Semma wkoll ic-childcare u t-trasport b’xejn għall-istudenti. Dawn fost ħafna miżuri oħra li wettaq dan il-gvern biex ikun hawn soċjetà aktar ġusta.

    Muscat qal li prinċipju importanti ħafna fil-kariga tiegħu kien li l-pajjiż jiġi l-ewwel u qabel kollox. Muscat fakkar dak li kien qal fil-passat li Prim Ministru m’għandux iservi aktar minn żewġ leġislaturi.

    Muscat qal li fit-12 ta’ Jannar mistenni jintemm il-proċess biex jintagħżel mexxej ġdid tal-Partit Laburista. F’dak iż-żmien se jkun qiegħed jitfa’ r-riżenja tiegħu u f’qasir żmien jinħatar Prim Ministru ġdid.

    Muscat qal li se jitlaq bil-konfort li l-fiduċja għadha fl-aqwa tagħha. Huwa qal li se jagħmel dan għax hekk hemm bżonn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0