Il-President jgħid li ħadem fis-silenzju u appella għall-kalma

  • Diċ 01, 2019 20:30
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li tkellem il-Prim Ministru, il-President George Vella fi stqarrija kkonferma li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar id-data tar-riżenja tiegħu u appella għall-kalma f’pajjiżna. 

    Vella qal li b’sogħba u bi preokkupazzjoni kbira, kien qed isegwi minuta b’minuta dak kollu li kien għaddej b’konnessjoni mal-investigazzjoni tal-każ tal-assassinju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia u l-iżviluppi fil-qasam politiku.

    Spjega li diskussjonijiet f’laqgħat kemm mal-Prim Ministru kif ukoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni u ntalab biex jieħu deċiżjonijiet importanti. Għamel dan filwaq li żamm is-silenzju biex iħalli l-ġustizzja tieħu triqtha. 

    Issa li l-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia żviluppa sal-punt li tressqu aktar persuni quddiem il-Qrati akkużati b’dan il-qtil orribbli, il-President saħaq li għandna nħallu l-organi tal-ġustizzja, il-Pulizija u l-Qrati jkomplu jagħmlu xogħolhom. 

    Minn naħa tiegħu Vella jittama li ssir ġustizzja biex kull min kien involut f’dan l-att atroċi, li tefa’ tebgħa sewda fuq il-kuxjenza nazzjonali jieħu dak li ħaqqu. 

    Huwa temm jgħid li dawn mhumiex żminijiet normali u dak li qed iseħħ hu bla preċedent. “Hu f’dan il-mument li rridu nuru l-maturità tas-soċjetà Maltija u s-saħħa tad-demokrazija.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0