Kriżi Fiorentina: Rocco Commisso jieħu r-responsabbiltá tat-telfa

  • Diċ 02, 2019 00:22
  • Miktub minn iNews
"

    “Ir-responsabbilá hi kollha tiegħi. Montella għalissa se jibqa’. Mhux se nneħħih.” Dawn kienu l-kliem li qal il-president ta’ Fiorentina, Rocco Commisso,  wara t-telfa xejn mistennija ta’ 1-0 f’darhom kontra Lecce.

    Goal ta’ Andrea La Mantia fid-49 minuta ta t-tliet punti lit-tim min-naħa t’isfel tal-Italja filwaqt li ressaqhom biss żewġ punti bogħod mill-Viola.

    Commisso, li hu imprenditur Amerikan, kien l-Italja sabiex jara lit-tim tiegħu iżda wara dan ir-riżultat kien ferm diżappuntat. Huwa qal li għalissa ma jridx jagħmel deċiżjonijiet mgħaġġla sabiex ma jxekkilx it-trankwillitá tat-tim.

    Minkejja kollox ħafna qed isostnu li din taf tkun l-aħħar ġimgħa li Montella se jkun qed imexxi lit-tim minn Firenze. Fil-fatt qed jissemma’ li l-ex coach ta’ Milan, Gennaro Gattuso, jista’ jieħu r-riedni tat-team sa mill-ġimgħa d-dieħla.

    Fiorentina se jilagħbu f’nofs din il-ġimgħa fil-logħba tal-Coppa Italia kontra Cittadella.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0