Iċ-Ċina b'sanzjonijiet fil-konfront tal-Istati Uniti minħabba ndħil fil-protesti ta' Hong Kong

  • Diċ 02, 2019 09:32
  • Miktub minn iNews
"

    Iċ-Ċina llum imponiet sanzjonijiet fil-konfront tal-Istati Uniti f’ritaljazzjoni għall-appoġġ tagħha favur il-protesti li kienu qed jiżvolġu f’Hong Kong. Fost oħrajn iċ-Ċina ħabbret sanzjonijiet fil-konfront ta’ NGOs u ssospendiet iż-żjarat ta’ bastimenti u ajruplani militari Amerikani.

    Hua Chunying, kelliema għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, qalet li “f’rispons għall-attitudni mhux raġjonevoli mill-Istati Uniti, il-Gvern Ċiniż iddeċieda li jissospendi r-reviżjoni ta’ applikazzjonijiet biex bastimenti Amerikani jidħlu f’Hong Kong”.

    Sanzjonijiet se jkunu qed jiġu fis-seħħ ukoll fil-konfront ta’ dawk l-NGOs li aġixxew “ħażin” tul il-protesti riċenti f’Hong Kong. Fost dawn l-NGOs hemm in-National Endowment for Democracy, Human Rights Watch, u Freedom House.

    “Iċ-Ċina tħeġġeġ lill-Istati Uniti biex tirranġa l-iżbalji, u twaqqaf kull interferenza fil-kwistjonijiet li jirrigwardjaw lil Hong Kong u l-kwistjonijiet interni taċ-Ċina.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0