Seminar ta’ informazzjoni dwar ir-riforma tal-kera minn Frank Salt Real Estate

  • Diċ 02, 2019 11:21
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-riforma tant mistennija fis-sur tal-kera se tidħol fis-seħħ f’1 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla, bl-liġi tkun approvata mill-Parlament Malti.

    L-għan ta’ din il-liġi hu li ġġib stabbilità fis-settur, u dawn ir-regolamenti ġodda fis-suq tal-kera jesiġu għal reġistrazzjoni mandatorja tal-kirjiet privati kollha kif ukoll perjodi minimi u massimi ta’ kemm għandha tkun twila l-istess kirja.

    Minħabba dan, Frank Salt Real Estate se tkun qed torganizza żewġ seminars għal dawn li qed jikru l-proprjetà biex huma ikunu infurmati dwar il-bidliet.

    Ir-regolamenti l-ġodda jistabbilixxu perjodu ta’ tlett xhur fejn sidien ta’ proprjetà jinfoma lil dawk li jun fil-kera, dwar jekk il-kuntratt hux se jkun imġedded jew le.  Se jkun hemm ukoll capping dwar kemm tista’ tiżdied il-kirja.  Biss la darba  jkun hemm kuntratt ta’ kirja, iż-żieda annwali fil-kirja ġiet restritta sa 5 fil-mija.  Ir-regolamenti l-ġodda dwar il-kirjiet jappliakw għal kuntratti ta’ kirjiet li jkunu ġew iffirmati f’Jannar tas-sena d-dieħla. Dawn japplikaw ukoll għal kuntratti eżistenti li daħlu fis-seħħ wara Ġunju tas-sena 1995 u li se jkunu għadhom effettivi sa’ Jannar 2021.

    Is-sessjonijiet ta’ informazzjoni minn Frank Salt Real Estate huma miftuħin għas-sidien kollha ta’ proprjetà. Wieħed se jsir fid-9 ta’ Diċembru f’AX The Palace Hotel f’Tas-Sliema u l-oħra se ssir fis-16 ta’ Diċembru fil-lukanda Kempinski f’Għawdex. Dawn se jsiru fis-6 ta’ filgħaxija.  

    Dawn is-seminars qed ikunu organizzati b’kollaborazzjoni ma’ Joinwell. Fihom se jieħu sehen Dr Ian J. Stafrace minn Saliba Stafrace Legal.

    L-attendenza għal dawn is-seminars hi bla ħlas. Min irid jibbukkja jista’ jagħmel dan www.franksalt.com.mt/rent-reform.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0