AĠĠORNAT: Ħabta kerha bejn karozza u double decker f'San Pawl il-Baħar

  • Diċ 02, 2019 12:42
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNAT: Tliet persuni kellhom jittieħdu l-Isptar wara li sofrew ġrieħi, uħud minnhom serji, wara li dalgħodu kienu involuti f’inċident ikrah fi Triq Għajn Tuffieħa, f’San Pawl il-Baħar.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-inċident seħħ bejn karozza tat-tip Peugeot 308 misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti l-Pietà u double decker li kien misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Ħamrun. Fil-karozza kien hemm ukoll mara ta’ 62 sena residenti l-Mellieħa u raġel ta’ 70 sena wkoll residenti l-Mellieħa.

    Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu u kif tim mediku li ħa lill-persuni li kienu fil-karozza l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ir-raġel ta’ 70 sena kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi serji, il-mara ta’ 27 sena ġiet ċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ta’ 62 sena sofriet ġrieħi ħfief.

    Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa J. Demicoli li ħatret inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0