Il-familja Caruana Galizia bi protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru … Jitolbu li jiġi investigat

  • Diċ 02, 2019 13:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-familja Caruana Galizia ppreżentaw protest ġudizzjarju fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat fejn qed jitolbu li huwa jieqaf milli jkollu aktar involviment fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan filwaqt li qed jitolbu wkoll li l-involviment tiegħu fil-każ jitpoġġa wkoll għall-iskrutinju tal-Qorti.

    Fil-protest ġudizzjarju, il-familja Caruana Galizia qalet li l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, kien preżenti għal laqgħat mas-Servizzi Sigrieti u kien mgħarraf dwar informazzjoni li ngħaddiet lill-Prim ministru dwar l-investigazzjoni.

    Schembri issemma min-negozjant Yorgen Schembri bħala li kien parti mill-kumplott biex tinqatel Daphne Caruana Galizia.

    Il-familja Caruana Galizia talbet li l-Prim Ministru u l-aġir tiegħu ikunu suġġeti għal investigazzjoniet biex ikunu priservati l-provi kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0