Immultat €7,690 talli ma ddikjarax li kien qed iġorr somma sinjifikanti ta' flus kontanti

  • Diċ 02, 2019 13:27
  • Miktub minn iNews
"

    Mohsen Hassanin Youssef Hassanin ta’ 51 sena mill-Eġittu kien immultat €7,690 wara li naqas milli jiddikjara lill-Kummissarju tat-Taxxi li huwa kien qiegħed iġorr is-somma ta’ €30,761 waqt li huwa kien se jitlaq minn Malta fuq titjira għal Istanbul. Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-7.30 p.m. xħin uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nnutaw lir-raġel li kien qed iġorr aktar minn €10,000 u li ma kinux ġew iddikjarati.

    Minn tfittxija li saret fuqu rriżulta li kellu s-somma totali ta’ €30,761. Il-passiġġier ingħata lura s-somma ta’ €10,000 skont il-liġi mentri l-kumplament, €20,761 ġew ikkonfiskati. Huwa ġie mressaq illum quddem il-Maġistrat Josette Demicoli fejn ammetta l-akkużi miġjuba kontrih mill-Ispettur Keith Vella. Il-Qorti kkundannatu multa ta’ €7,690, ekwivalenti għal 25% tal-ammont li kien qed iġorr fuqu. L-imsemmija multa trid titħallas fi żmien ġimgħa. L-Avukat Martha Mifsud dehret għall-Eġizzjan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0