[FILMAT] Jinżamm arrestat is-Somalu mixli bil-qtil tal-Eritrean

  • Diċ 02, 2019 14:14
  • Miktub minn iNews
"

    Somalu ta’ 23 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli bil-qtil ta’ Eritrean f’każ li seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda fi Triq Diċembru Tlettax il-Marsa.

    Kinaan Abdinasir Noor kien mixli li bil-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed ħajjet Bakri Bashir f’periklu ċar, tah daqqiet ta’ mqass u kkaġunali l-mewt.

    Huwa kien mixli wkoll fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-permess tal-Pulizija u li kien qed iġor l-istess arma.

    Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

    Huwa stqarr li kien għadu kemm tkeċċa mil-post fejn kien joqgħod f’Wied il-Għajn, u li attwalment ma kellux saqaf fuq rasu.

    L-Ispettur James Grech spjega lill-Maġistrat Josette Demicoli li kien hemm xhieda li tkellmet mal-Pulizija u indikat lill-istess Somalu bħala l-persuna li aggrediet lill-vittma, li ftit wara mietet.

    L-istess xhud ikkonfronta lill-imputat anke waqt l-istqarrija li kien qed jagħti lill-Pulizija.

    Huwa baqa’ jinżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet ukoll mill-Ispettur Wayne Camilleri. L-avukat Noel Bianco deher għas-Somalu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0