Jingħata l-libertà bil-kundizzjoni wara li jinstab ħati li beda jaqbad saqajn mara fuq tal-linja

  • Diċ 02, 2019 14:47
  • Miktub minn iNews
"
    Samuel Marfu ta’ 39 sena mill-Ghana kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin wara li nstab ħati li wettaq att ta’ natura sesswali fuq mara Maltija waqt li kienu fuq tal-linja.
     
    Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-6.00 p.m. xħin ir-raġel beda jaqbdilha saqajha. Huwa tressaq il-Qorti fejn ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Waqt li tatu l-libertà kkundizzjonata, il-Maġistrat Josette Demicoli ħarġet ordni ta’ trażżin kontra l-ħati u favur il-vittma għall-perjodu ta’ tliet snin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Camilleri u Hubert Cini.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0