Jintrebaħ appell fil-Qorti biex tkun salvata d-Dwejra

  • Diċ 02, 2019 17:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Qorti tal-Appell irrevokat il-permess mit-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) li fih saret proposta ta’ estensjoni ta’ ristorant fid-Dwejra. BirdLife Malta, flimkien ma’ 15-il għaqda mhux governattivi u l-pubbliku li appoġġjaha, temmen li d-Dwejra issa hija ħielsa mit-theddida ta’ aktar żvilupp waqt li s-sema mdallma tagħha issa huwa mħares.

    Fil-15 ta’ Lulju li għadda tressaq dan l-appell fil-qorti minħabba żvilupp propost f’dan is-sit Natura 2000, li huwa kklassifikat ukoll bħala Dark Sky Heritage Area.

    L-appell #savedwejra sar mill-għaqdiet mhux governattivi: Bicycle Advocacy Group, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Isles of the Left, Light Pollution Awareness Group, Moviment Graffitti, Nature Trust-FEE Malta, Ramblers Association, The Archaeological Society Malta, The Astronomical Society of Malta, The Institute of Space Sciences and Astronomy (ISSA), Wirt Għawdex u Żminijietna - Leħen ix-Xellug.

    Dan is-sit f’Għawdex huwa kklassifikat bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (SAC), ta’ importanza internazzjonali taħt id-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitati, Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (SPA) taħt id-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar u santwarju tal-għasafar. 

    Jingħad li kemm it-tniġġis mid-dawl, kif ukoll iż-żieda fl-iżvilupp, kien se jkollhom impatt negattiv fuq dawn l-inħawi. L-NGOs fi stqarrija konġunta qalu li, “filwaqt li nilqgħu din id-deċiżjoni importanti, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li appoġġjaw din il-ġlieda, b’ħafna modi. L-isforz konġunt wassal għar-riżultat mixtieq. Kelma ta’ radd il-ħajr tmur ukoll għall-pubbliku għall-appoġġ tiegħu”.

    Appell separat li tressaq mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq l-istess każ ukoll intlaqa’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0