“Ir-riżenja ta’ Joseph Muscat hi onorabbli u ta’ dieqa” … Sant jirreferi wkoll għall-isfidi li se jkollu PM ġdid

  • Diċ 02, 2019 17:13
  • Miktub minn iNews
"

    “Ir-riżenja ta’ Joseph Muscat minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista hi onorabbli u ta’ dieqa.” Hekk saħaq il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant f’kumment li ppubblika aktar kmieni llum fuq il-paġna tiegħu fuq il-midja soċjali.

    Filwaqt li rringrazzjah u sellimlu, Sant tenna li matul it-tmexxija tiegħu, Joseph Muscat kiseb rebħiet politiċi bla preċedent u nieda tkabbir ekonomiku u riformi soċjali kbar.

    Tenna li fi kwalunkwe tmexxija hemm deċiżjonijiet li meta jittieħdu “itellfuk l-appoġġ u l-ħbieb”. Madankollu żied jgħid li “jekk ma teħodhomx tista’ tkun qed tippermetti li jiżviluppa t-taħsir”.

    Fid-dawl tal-proċess li tnieda biex jiġi jinħatar Mexxej Laburista u Prim Ministru ġdid, Sant qal li min se jkun qed jieħu post Muscat se jkollu sfida biex isostni l-progress ekonomiku u soċjali kbir tal-aħħar snin.

    Saħaq li l-Prim Ministru ġdid se jkollu sfida wkoll ta’ kif it-taħsir li seta’ daħal fil-Gvern jinqala’ bl-għeruq u x-xniexel.

    Temm jgħid li jinsab konvint li l-Partit Laburista se jibqa’ l-aqwa tarka fil-ħarsie tal-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0