“Mingħajr l-FBI qatt ma stajna naslu nsolvu dan il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia” - il-Prim Ministru Jospeh Muscat

  • Diċ 02, 2019 17:18
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, meta tkellem fil-Parlament, qal li mingħajr l-FBI att ma stajna naslu nsolvu dan il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Qal li ‘l-każ fil-konfront ta’ dawn li tressqu sar għax ittieħdet deċiżjoni minn dan il-gvern u minni. Tlabna lill-Gvern Amerikan biex jibgħat ir-riżorsi tiegħu. Li kieku ma kienx hemm l-involviment tal-FBI u r-riżorsi tal-FBI, qatt b’mod immaġinabbli ma stajna naslu għat-tlett persuni li allegatament wettqu l-qtil. Dik kienet id-deċiżjoni kruċjali. Dan jixhdu l-fatt, li f’każi oħra ta’ karozzi bomba ma kien hemm ebda tip ta’ żblokk. Kien hemm min ħaseb li kollox waqaf meta ġew akkużati it-tlett persuni bil-qtil.”

    Saħaq li “kull min qabel kien qed jistaqsina għal dettalji dwar l-investigazzjoni illum qed jgħiduli għalfejn titkellem dwar dan. Jew ħaġa jew oħra. Ix-xogħol mill-istituzzjonijiet tkompla bla waqfien. Is-servizz tas-sigurtà tajnihom ir-riżorsi u l-finanzi biex iwaqqfu unit sħiħa li xogħlhom kien erbgħa u għoxrin siegħa kuljum li jinvestigaw il-każ. Irrid ngħid li l-passi kruċjali f’dawn l-investigazzjonijiet saru ma’ żewġ punti ta’ referenzi kruċjali. Kien hemm il-Europol u l-maġistrat inkwirenti indipendenti li kien qed jinżamm infurmat bl-iżviluppi tal-investigazzjoni.”

    Kompla jgħid li “bħala Prim Ministru kont ningħata briefings dwar l-investigazzjoni. Fl-aħħar xhur kien hemm min kien qed jgħid li ma kien qed isir xejn. L-investigaturi ħadu l-ħin kollu biex iwettqu l-operazzjoni li riedu. L-investigaturi ippjanaw tajjeb fejn kien hemm movimenti. Din l-investigazjzoni saret bi qbil mal-Europol. Kellna imbagħad membri ta’ sezzjonijeit differenti b’kordinazzjoni mal-Europol u servizzi ta’ sigurtà għamlu rejds f’numru ta’ lokalitajiet. Wieħed minn dawk arrestati kien suspettat li hu l-middle man fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu offra li jixhed u jagħti recordings jekk jingħata l-maħfra. Jien tlabt il-pariri. Jien ma nnegozjajtx mal-persuna li kienet arrestata. L-avukat tal-persuna xtaqu li l-persuna indikata, l-allegat middleman jingħata maħfra mingħajr ma jkun hemm analiżi preliminari dwar x’jista’ jagħti. Jien irrifjutatj li nagħti blank cheque. U dan anke b’parir tal-avukat ġenerali. Iffirmajt ittra li intrabatt li nagħti parir għalimmunita jekk l-evidenza tiġi kallaborata.”

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat, saħaq li “matul il-jiem li għaddew, l-investigaturi għamlu analiżi tar-recordings kollha u ġew iċċarati kull ma jingħad fihom. Ir-recordings ma smajthomx u ma nafx x’jingħad fihom. Fil-fehma tal-Pulizija hemm biżżejjed evidenza biex tiġi kollaborata. Bl-immunità, il-persuna trid tagħti testimonjanza dwar il-qtil u tlett każijiet oħra, li huma imsemmijin fil-proklama. Din il-materja ħassejt li għandi nerfa’ waħdi u mhux fil-Kabinett. Ħadt din id-deċiżjoni għax immunitajiet oħra li ngħataw fil-passat ma kienux suċċess. Sadanittant hekk kif l-aħbar tal-immunità, is-servizz ta’ sigurtà kien fuq alert biex persuni oħra ma jitilqux mill-pajjiż. Filfatt ftit wara l-Forzi Armati qabdu persuni ħerġin mill-pajjiż fuq jott. Nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru ġejt infurmata li l-persuna arrestata kienet qed titlob immunità. Wara li l-persuna arrestata tat l-ewwel verżjonijiet u żiedet fuqhom, il-parir kien li ma tingħatax il-maħfra.”

    Enfasizza li “l-persuna arrestata għamlet talba oħra. Erġajt dort fuq l-avukat ġenerali u minħabba li din id-darba kien għamel allegazzjonijiet fuq ic-chief of staff tiegħi u dawn ġew investigati. Din ma ridtx neħodha jien u din id-darba ma ridtx neħodha jien. Tlabt il-barra minn dik il-parti tal-laqgħa, fein il-Kabinett kellu jiddeċiedi jekk tinħariġx il-maħfra. Il-Kabinett laqa’ d-deċiżjoni li ma tingħatax il-maħfra b’mod unanimu. Jien kont irċevejt messaġġ li jhedded li l-arrestat kien se jagħti xhieda oħra li se tipprova tħammeġ lili u li kelli żewġ telefonati mal-akkużat xhur qabel. Dawn qatt ma saru u dan jista jkun verifikat. Il-proċess għadu mhux lest u ninsabu fil-bidu ta’ proċess ġudizzjarju delikat ħafna.”

    Kompla jgħid li “wara li assigurajna li ma nkunux qed nippreġudikaw l-investigazzjonijiet, jien stess ħtart inkjesta pubblika li qed titmexxa mill-Imħallef Michael Mallia. Urejna li hawn istituzzjonijiet li qed jaħdmu u li kulħadd hu l-istess quddiem il-liġi. Il-verità finali u l-punt kruċjali hu li tressqet persuna akkużata bħala l-mandant. Inħoss li dan kien importanti għad-demokrazija f’pajjiżna. Kburi li ddefendejt l-istituzzjonijiet. Kulħadd għandu dritt li jipprotesta imma ħadd m’għandu juża l-intimidazzjoni jew vjolenza. Fl-aħħar mill-aħħar irridu naslu għal ġustizzja. Hemm bżonn naslu għall-għaqda u parti minn din hi li jkun hemm min jerfa’ responsabbilità. Kien għalhekk li ħadt id-deċiżjoni li rrid nagħlaq dan il-każ sakemm indum Prim Ministru jien. Kien importanti li qabel nitlaq l-uffiċċju tiegħu, jingħalaq dan il-każ.”

    Qal ukoll li “nemmen li għadni ngawdi l-fiduċja l-kbira tal-poplu Malti. Dan hu l-ewwel kuntest. Ingawdi l-fiduċja inkondizzjonata tal-membri kollha tal-Partit Laburista.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0