“Kellna maġġoranza storika u għad għandna maġġoranza storika” - il-Prim Ministru Joseph Muscat

  • Diċ 02, 2019 17:40
  • Miktub minn iNews
"
    “Kellna maġġoranza u għad għandna maġġoranza storika u din turi li din il-maġġoranza mhix marbuta ma' Joseph Muscat imma hi marbuta mal-ħsieb tal-moviment”. Dan qalu l-Prim Ministru Muscat fil-Parlament.
     
    Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Prim Ministru ntlaqa’ minn applawsi ma jaqtgħu xejn mid-Deputati Parlamentari Laburisti.
     
    Intant fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Muscat qal li xtaq li telaq minn Prim Ministru f’ċirkostanzi differenti imma qal li l-mument hekk kien jitlob.
     
    Hu spjega kif minkejja dak li nqala’ fl-aħħar jiem il-grupp Laburista kien u baqa’ kompatt. Fid-diskors tiegħu hu qal li dan se jkun l-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru. Għalkemm ma speċifikax b’mod dirett, ta indikazzjoni li wara li jilħaq Prim Ministru ġdid, hu jista’ anke jitbiegħed mill-politika. Dwar jekk jiddispjaċiehx li daħal fil-politika, qal li hu jħoss li kienet esperjenza sabiħa.
     
    “Nemmen li kull Prim Ministru għamel l-aħjar li seta’ għall-ġid tal-pajjiż u hekk nemmen li se jagħmel il-Prim Ministru l-ġdid.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0