24 letters of intent ma' kumpaniji fil-produzzjoni tal-kannabis mediċinali … Se jinvestu €140.9m u jħaddmu 959 persuna

  • Diċ 02, 2019 19:20
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Malta Enterprise s’issa ħarġet 24 letters of intent lil kumpaniji li lesti li joperaw fil-qasam tal-produzzjoni tal-kannabis mediċinali. Qal dan il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Chris Cardona meta kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat u Whip Laburista Byron Camilleri.

    Cardona qal li bejniethom dawn il-kumpaniji se jinvestu €140.9 miljun u se jkunu qed jimpjegaw lil 959 persuna fuq bażi fultajm fi żmien tliet snin minn mindu jibdew joperaw.

    Huwa żied jgħid li l-fokalità tal-Malta Enterprise hija l-kwalità tal-prodotti li jitilqu minn Malta biex il-kannabis mediċinali tkun tal-aqwa livell fl-Ewropa skont standards stabbiliti. Tenna li l-Korporazzjoni qed tiffoka fuq riċerka u żvilupp u iffirmat Memorandum of Understandings ma’ Universitajiet ta’ reputazzjoni globali bħal La Sapienza u McGill University.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0