L-MCESD tirrikonoxxi l-progress li sar fil-każ DCG u li ntrefgħet responsabbiltà poltika … Tesprimi tħassib dwar l-istabbiltà ekonomika u soċjali

  • Diċ 02, 2019 19:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) wriet it-tħassib tagħha fir-rigward tal-avvenimenti straordinarji ta’ dawn l-aħħar jiem li waqqfu lill-pajjiż. Fi stqarrija l-MCESD qalet li l-imsieħba soċjali qed ileħħnu t-tħassib tagħhom li l-kriżi politika u l-iżviluppi relatati mal-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia wasslu biex tinħoloq atmosfera ta’ inċertezza u taqlib soċjali.

    L-imsieħba soċjali huma wkoll imħassbin dwar il-ħsara li tista’ tkompli ssir lill-aspett u ekonomiku ta’ pajjiżna.

    L-MCESD tenniet li l-imsieħba soċjali jirrikonoxxu li sar progress fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan filwaqt li numru ta’ suspettati ġew mixlijin b’rabta mal-qtil tagħha.

    L-imsieħba soċjali tennew jgħidu li apparti dan qed tintrefa’ responsabbiltà politika fl-ogħla livelli politiċi.

    L-MCESD żiedet tgħid li biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tikber, huwa essenzjali li l-istabbiltà soċjali u politika terġa’ lura għan-normal fl-iqsar żmien possibbli.

    Tenniet li tramite ċ-Ċermen tagħha, John Bencini, l-MCESD organizzat laqgħa urġenti mal-President tar-Repubblika biex tesprimi t-tħassib tagħha u fl-istess waqt tappoġġja l-inizjattivi tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0