’Il fuq minn €56,000 lil 11-il NGO li għenu fl-addozzjonijiet tal-annimali

  • Diċ 02, 2019 21:00
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari  għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet li matula taw għotjiet lill-għaqdiet mhux governattivi li għenu fl-addozzjonijiet tal-annimali minn Novembru tal-2018 sa Ottubru tal-2019. Dawn l-NGOs jibqgħu jsegwu l-annimali anke wara li jiġu addottati. 

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li “l-ammont totali li qiegħed jingħata lil 11-il NGO jaqbeż is-€56,000 u l-għan ta’ din il-miżura huwa li tkun provduta assistenza finanzjarja lill-organizzazzjonijiet volontarji li jgħinu fir-rehoming tal-annimal li jkunu ġew salvati mill-Animal Welfare u kkurati.” Hu spjega li l-NGOs jieħdu ħsieb li jiċċekkjaw u jagħmlu l-verifiki tagħhom dwar l-ambjent li fih ikunu sejrin l-annimali li jiġu addottati mill-animal welfare sabiex jassiguraw li qegħdin jgħixu f’post fejn jixirqilhom u għalhekk huma mħarsa sew. Hawnhekk ħeġġeġ aktar għaqdiet volontarji jimxu fuq il-passi ta’ dawn l-NGOs.

    Hu rringrazzja lil dawn l-għaqdiet għax-xogħol siewi li jagħmlu favur il-ħarsien tal-annimali u fakkar kif dawn l-għotjiet huma eżempju wieħed ta’ għajnuna li qiegħda tingħata lill-għaqdiet mhux governattivi bħala rikonoxximent tal-isforz u l-kontribuzzjoni valida u effettiva li jagħmlu fis-settur.

    Żied jgħid ukoll li dan huwa verament Gvern li jisma’ u fakkar kif wara li rċieva diversi proposti mill-pubbliku ta’ kif din l-iskema tista’ tiġi msaħħa ġiet emendata sabiex filwaqt li l-parametri eżistenti baqgħu hemm, tajna lill-pubbliku l-għażla bejn

    -Li wieħed jirċievi €150 wara li jipproduċi rċevuti ta’ kura veterinarja, check-ups, vaccines eċċ. li jkun għamel fuq il-pet li jkun addotta mis-santwarju;
    - Li wieħed jagħżel u jawtorizza lill-Gvern sabiex l-allowance ta’ €150 tmur bħala donazzjoni direttament lis-santwarju minn fejn ikun addotta. Dan barra mill-grants li l-istess santwarji jirċievu minn għand il-Gvern għar-rehoming ta’ kull annimal kif ħabbarna llum.

    Min-naħa tiegħu, waqt il-preżentazzjoni tal-fondi, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, filwaqt li rringrazzja lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet volontarji għall-ħidma importanti li jwettqu f’pajjiżna, qal li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jgħin lis-settur volontarju biex iwettaq aktar ġid fis-soċjetà. Hu tenna li dawn il-fondi għandhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-ħidma tal-NGOs.

    “Dawn l-inizjattivi ilhom għal dawn l-aħħar snin isostnu proġetti fil-komunita mwettqa minn għaqdiet volontarji li jaħdmu fid-diversi oqsma tas-settur. Dawn l-iskemi llum saru parti minn kullana ta’ inizjattivi li s-settur ikun qed jistenna ta’ kull sena, skemi li jgħinu fit-twettieq ta’ proġetti li l-istess għaqdiet ikollom fi ħsiebhom iżda li minghajr din l-għajnuna ma jkunux jistgħu iwettqu”, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0