''Il-każijiet ta' qtil politiku seħħew meta l-Partit Laburista ħass li ħadd ma jista' jirbaħlu'' - Adrian Delia

  • Diċ 05, 2019 20:25
  • Miktub minn iNews

    "L-istess elementi li waslu għall-qtil ta' Raymond Caruana waslu għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Iż-żewġ każijiet seħħew fiż-żmien fejn pajjiżna nħakem mill-korruzzjoni. Iż-żewġ każijiet seħħew fi żmien meta kien hawn min jaħseb li ħadd u xejn ma jista' għalih u meta l-Partit Laburista jħossu li ħadd ma jista' jirbaħlu.", hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attività li saret fil-Gudja għat-33 sena mill-qtil politiku ta' Raymond Caruana.

    Dr Delia qal li Raymond Caruana biddel l-istorja ta' pajjiżna, għax wara l-5 ta' Diċembru tal-1986, pajjiżna qal daqshekk għall-vjolenza u l-intimidazzjoni politika, għall-pulizija maħkuma mill-Gvern Laburista u għall-politiċi li jħossuhom ogħla mil-liġi. Il-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien iġġieled ir-rieda tal-poplu bil-gideb, bil-qerq u b'frame-up fuq Pietru Pawl Busuttil. Adrian Delia qal li l-PN kellu kontrih il-forzi kollha tal-istat, imma l-poplu xorta fittex u ġġieled għall-verità u li l-ġustizzja tirbaħ fuq il-qerq. Il-poplu emmen li Raymond Caruana ma mietx għal xejn u l-poplu rebaħ fl-elezzjoni tal-1987, li seħħet ftit xhur wara li nqatel, u pajjiżna imexxi minn Gvern Nazzjonalista għadda minn riformi kbar biex sar demokratiku u liberu.

    Adrian Delia qal li llum qegħdin nerġgħu ngħixu fi żmien ta' kriżi Kostituzzjonali u Istituzzjonali, fejn minħabba l-korruzzjoni nqatlet Daphne Caruana Galizia, bl-involviment tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Pajjiżna qiegħed iqum għar-realtà u jifhem x'kien qed jiġri fl-aħħar sitt snin. Huwa qal li dan huwa riżultat tal-Gvern li ħataf l-istituzzonijiet taħt idejh u llum pajjiżna huwa ostaġġ ta' klikka li mexxiet kontra l-interess nazzjonali u fl-interess tal-ftit. Klikka li ħatfet u għamlet tagħha dak li huwa tal-poplu, li serqet l-isptarijiet u li bniet power station li minnha tħallsu l-eluf kbar f'tixħim, flus mill-bwiet tan-nies li marru fil-bwiet ta' min ippjana l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dr Delia qal li bir-raġun, l-poplu qed jitlob li ssir ġustizzja.

    Il-Kap tal-PN qal li biex dan iseħħ u jidher li jseħħ hemm bzonn li Joseph Muscat jitlaq minn Prim Ministru, imbagħad wara rridu nsibu l-kuraġġ li nerġgħu nibdew nibnu lill-pajjiżna. Quddiemna għandna sfida kbira li nsaħħu l-istituzzjonijiet u r-reputazzjoni ta' pajjiżna. Adrian Delia qal li uliedna għandhom jikbru f'soċjetà ġusta li temmen fis-saltna tad-dritt fejn ħadd ma jinqatel għax ikun f'każin jew għax jirraporta l-verità. Soċjetà fejn l-istituzzjonijiet ma jħarsu lejn wiċċ ħadd, fejn ma jsirux frame-ups u lanqas cover-ups. Din hija l-Malta li rridu naħdmu għaliha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0