Marek Hamsik lura fi Stadio San Paolo

  • Diċ 06, 2019 00:35
  • Miktub minn iNews

    Il-partita li Napoli se jilagħbu kontra Genk nhar l-Erbgħa li ġej se jkollha faxxinu partikolari mhux biss għall-players iżda anke għall-partitarji tant akkaniti tagħhom. Filwaqt li l- Partenopei qed jikkontendu l-kwalifikazzjoni għat-tieni fażi ta’ din it-tazza tant prestiġjuża, se jkun hemm ukoll ir-ritorn tal-player leġġendarju, Marek Hamsik, li se jkun qalb l-ispettaturi jara lil sħabu fl-azzjoni.

    Madankollu ftit qabel ma tibda l-partita, il-player Slovakk se jkun qed jagħmel id-dawra tal-ground sabiex isellem lill-partitarji Naplitani li baqgħu jżommuh f’qalbhom.

    Hamsik jinsab eċċitat għal din il-ġurnata u ma setax jaħbi l-emozzjoni tiegħu li jerġa’ jirritorna fi Stadio San Paolo mat-team li miegħu lagħab għal aktar minn 12-il sena.

    Bħalissa Hamsik qed jilgħab fiċ-Ċina ma’ Dalian Yifang.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0