Borussia Dortmund wara żewġ players ta' Juventus

  • Diċ 08, 2019 00:44
  • Miktub minn iNews

    Il-club li jilgħab fil-Bundesliga Ġermaniża Borussia Dortmund qed isegwi b'interess żewġ players ta' Juventus - l-attakkant Mario Mandzukic u l-midfielder difensiv Emre Can.

    Dawn it-tnejn ma jinsabuxfil-pjani tal-coach Maurizio Sarri tant li ftit jew xejn lagħbu matul dan l-istaġun. Dan kollu jista' jsaħħaħ din l-idea li jiċċaqalqu lejn il-belt ta' Dortmund minħabba li t-tnejn li huma għandhom esperjenza ta’ football Ġermaniż.
    Sadanittant Borussia Dortmund xorta beħsiebhom jistennew xi ftit imqar għal ġimgħa jew tnejn minħabba li jridu jaraw x'se jagħmlu fil-grupp ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fejn l-aħħar ġurnata ta' logħob taf tiddetermina l-futur tagħhom f'din il-kompetizzjoni.

    Jekk huma jikkwalifikaw bħala t-tieni team wara Barcelona, jibqgħu għaddejjin bit-trattativi filwaqt li jekk jonqsu milli jagħmlu dan,  jaħsbuha darbtejn.
    Fil-preżent, Borussia Dortmund jinsabu fil-ħames post tal-kampjonat Ġermaniż.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0