Trump bi twissija lill-Korea ta' Fuq wara t-test missilistiku tal-lum

  • Diċ 08, 2019 19:21
  • Miktub minn iNews

    Il-President Amerikan Donald Trump illum wissa lill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, li għandu ħafna x’jitlef billi jaġixxi b’mod aggressiv. Huwa għamel din it-twissija wara li l-Gvern ta’ Pyongyang wettaq test missilistiku meqjus mill-midja statali bħala li kien “importanti ħafna” f’sit li oriġinarjament kellu jingħalaq.

    “Kim Jong-un huwa biżżejjed intelliġenti u għandu kollox x’jitlef jekk jaġixxi b’mod ostili. Huwa ffirma ftehim għal denuklearizzazzjoni miegħi f’Singapore,” tenna Trump f’kumment fuq Twitter.

    “Huwa ma jridx li jġib fix-xejn r-relazzjoni mal-President tal-Istati Uniti, jew li jinterferixxi mal-elezzjoni Presidenzjali Amerikana f’Novembru. Il-Korea ta’ Fuq, taħt it-tmexxija ta’ Kim Jong-un għandha saħħa ekonomika kbira, iżda jeħtieġ li tiddenuklearizza jekk kif imwiegħed. In-NATO, iċ-Ċina, ir-Russja, il-Ġappun u l-kumplament tad-dinja tinsab magħquda dwar din il-kwistjoni,” żied jgħid Trump.

    ARA WKOLL: Il-Korea ta' Fuq b'test missilistiku “importanti ħafna”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0