AĠĠORNAT: Suldat imweġġa' wara li ġie imbottat f'Kastilja... dimostrant jgħid li waqa' waħdu!

  • Diċ 09, 2019 11:20
  • Miktub minn iNews

    Aġġornat: Wieħed mill-attivisti li kien preżenti waqt id-dimostrazzjonijiet ta' dalgħodu, Matthew Borg qal li mhuwiex minnu li s-suldat ġie imbottat. Qal li hu kien hemm, filwaqt li allega li s-suldat tfixkel fl-għatba u waqa'. Saħaq li ħadd ma aggredixxa lil ħadd filwaqt li qal li l-ewwel ragola tagħhom hi li ma tintużax forza. Qal li għaldaqstant ma użawhiex. 

    Borg qal li l-unika forza li jiftakru juża kienet dik meta żamm lil sieħbu minn idu, filwaqt li allega li mill-id l-oħra kienu qed iqaċċtuh 'il barra. 

    Intant, ninsabu informati li s-suldat li ġie ferut għadu l-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura minħabba li spiċċa bi spalltu maqlugħa. 

    Aktar kmieni: Suldat li kien għassa f'Kastilja sofra ġrieħi ħfief wara li aktar kmieni dalgħodu ġie aggredit mid-dimostranti li marru jipprotestaw. 

    Mill-informazzjoni li għandu inewsmalta jirriżulta li dan is-suldat kien għassa meta ġie mbottat minn grupp ta' persuni li sabbtuh mal-ħajt. 

    Konsegwenza ta' dan, is-suldat kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura għall-ġrieħi ħfief li sofra. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0