Ta' 14-il sena... tagħmel isem fl-istorja tal-weighlifting Malti

  • Diċ 09, 2019 12:48
  • Miktub minn iNews

    Tenishia Thornton ta' 14-il sena għamlet isem fl-istorja tal-weightlifitng Malti meta fi tmiem il ġimgħa mhux biss kienet l-ewwel Maltija li kkompetiet fil-Kampjonati Ewropej U15, iżda wkoll kisret żewg rekords Ewropej tal-U15 fil-proċess.

    Thornton spiċċat fil-ħames post fil-fażi snatch u fis-sitt post ‘overall`f'dawn il-kampjonati ġewwa Eilat, Israel. Hi rnexxielha terfa' snatch personali enormi ta' 56 kilo fil-kategorija 45 kilo, wara li reġgħet faċilment refgħet 52kilo fl-ewwel tentattiv tagħha. Hi kompliet 54 kilo fit-tieni tentattiv tagħha li kien rekord Ewropew fil-kategorija U15 ta' 45kilo. It-tielet attentat tagħha ta' 56kilo tejjeb fuq dak ir-rekord Ewropew qabel ma nkiser mill-ġdid.

    Hi kompliet it-tieni parti tal-clean & jerk fejn fit tieni tentattiv tagħha refgħet 68kilo, li kienet tajba biżżejjed biex tispiċċa fil-ħames post ġenerali f’dan l-avveniment internazzjonali ewlieni. Ir-riżultat impressjonanti tagħha kiser 14-il rekord nazzjonali fil-kategoriji U15, U17, Junior u Senior. Din kienet l-aħħar kompetizzjoni ta' Thornton għal din is-sena.

    L-2019 kienet sena inkredibbli għal din it-tfajla. Irnexxielha ttejjeb ir-riżultat tagħha matul is-sena b’mod kostanti u issa saret waħda mill-ismijiet ta' suċċessi kontinwi fl-isport tal-weightlifting. Bis-sena 2020 wara l-kantuniera, Thornton issa se tkun qed tħejji għal sena importanti ħafna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook