Infermiera responsabbli għas-suwiċidju ta' pazjent

  • Diċ 09, 2019 15:00
  • Miktub minn iNews

    Maġistrat ikkundannat infermiera barranija €5,000 multa wara li żammitha responsabbli għas-suwiċidju ta' pazjent fl-Isptar Monte Carmeli għalkemm għamlitha ċara li n-nuqqasijiet li seħħew ma kienux biss tagħha.

    Il-Pulizija saret taf bil-każ li seħħ fid-9 ta' Jannar 2016 meta l-għassa ta' Birkirkara rċeviet rapport mill-Faċilita Korrettiva ta' Kordin li wieħed mill-priġunier kien ikkommetta suwiċidju fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli.

    Meta l-pulizija marru fuq il-post u tkellmu ma' wieħed mill-gwardjani tal-Ħabs dan qalilhom li huwa kien intalab minn infermier biex jiftaħ waħda miċ-ċelel wara li l-priġunier fiha ma kienx qed jirrispondih.

    X'ħin iċ-ċella nfetħet il-priġunier instab mgħallaq u l-investigazzjoni daret fuq l-infermiera Yulia Toteva li dak il-ħin kellha tissorveljah minn fuq is-CCTV cameras kif kien jiġri fil-konfront tal-priġunieri.

    Toteva tressqet fil-Qorti fejn kienet mixlija mill-Ispettur Elton Taliana li bi traskuraġni ikkaġunat il-mewt tal-priġunier bil-każ jinstema quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

    L-akkużata nsistiet fix-xiehda tagħha li hija kellha taħdem 18-il siegħa u kellha tieħu ħsieb priġunieri oħra waqt li meta ġiet ikkonfrontata bil-fatt li hija sostniet li l-aħħar li marret fiċ-ċella kien fl-4.30 a.m. meta l-filmat tas-CCTV cameras urew li l-aħħar ħin li marret ħdejh kien fl-4.04 a.m. hija sostniet li xi ħadd bidel il-ħin fuq il-cameras.

    Madankollu l-Maġistrat Frendo Dimech ma emmnitx din il-verżjoni u irrimarkat li hija baqgħet ma għamlitx rapport lill-Pulizija dwar din l-allegazzjoni serja.

    Hija sostniet li mill-fatti jirriżulta li minkejja li kienet hi li kellha tosservah kien infermier ieħor li issuspetta b'dak li kien ġara meta kien magħruf li l-priġunier kellu tendenzi suwiċidali.

    Hija qalet li Toteva missha jew qalet lill-priġunier fiċ-ċella biex jersaq f'zona viżibbli mill-cameras jew baqgħet tkellmu biex taċċerta li ma kienx f'periklu jew talbet lill-gwardjani jiċċekkjawh imma m'għamlet xejn minn dan.

    Waqt li semmiet kif minflok ipprovdiet ambjent sikur għall-priġunier iċ-ċella spiċċat kienet għalih il-kamra tal-mewt, l-imsemmija maġistrat esprimiet it-tħassib tagħha dwar diversi nuqqasijiet fosthom il-cameras li ma kienx ċari.

    Il-Maġistrat Frendo Dimech ikkonkludiet li l-infermiera falliet milli tieħu ħsieb il-prġiunier meta ma kellix tibqa' spettatur passiv fuq il-monitors għalkemm qieset ukoll kif is-superjur tagħha iddeskriva bħala impjegata li taħdem ħafan u waħda mill-aħjar.

    Waqt li żammet lill-infermiera responsabbli u immultata €5,000 hija għamlitha ċara li Toteva ma kellhix tkun l-unika waħda li ġġor ir-responsabbilta ta' dak li ġara u saħqet li kien hemm negliġenza minn persuni oħra li spiċċaw naqsu kemm lill-priġunier kif ukoll lis-sistema.

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0